10.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 216/23


Rettifika għas-Sejħa għall-wiri ta’ interess indirizzata lejn individwi għall-ħolqien ta’ database ta’ esperti prospettivi indipendenti biex jgħinu lis-servizzi tal-Kummissjoni f'dak li jirrigwarda l-Programm ta’ Appoġġ għall-Politika dwar l-ICT tas-CIP (Il-Programm ta’ Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 123, tal-5 ta’ Ġunju 2007 )

2009/C 216/10

F’paġna 4, it-taqsima 3, “Database ta’ esperti”:

minflok:

“Id-database ta’ esperti mwaqqfa u sostnuta abbażi ta’ din is-sejħa tibqa’ valida għall-perjodu 2007 2009. L-applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu f'kull żmien sat-30 ta’ Settembru 2009, meta tagħlaq ir-reġistrazzjoni.

Database sussegwenti ta’ esperti titwaqqaf mill-2010.”;

aqra:

“Id-database ta’ esperti mwaqqfa u sostnuta abbażi ta’ din is-sejħa jibqa’ validu għall-perjodu 2007 — 2013. L-applikazzjonijiet jistgħu jitressqu f'kull żmien sat-30 ta’ Settembru 2013, meta tagħlaq ir-reġistrazzjoni.”