3.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 208/16 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5601 – RREEF Fund/UFG/SAGGAS)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/C 208/09
1. |
Fis-26 ta’ Awwissu 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika dwar konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża RREEF Pan-European Infrastructure Fund LP (“RREEF Fund”, ir-Renju Unit), li finalment hija mmexxija minn Deutsche Bank (“DB”, il-Ġermanja) u UNION FENOSA GAS, S.A. (“UFG”, Spanja), li hija impriża konġunta bejn Unión Fenosa S.A. (issa Gas Natural SDG, S.A. “GN”, Spanja), u ENI S.p.A (“ENI”, l-Italja), jakkwistaw, skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt tal-impriża Planta De Regasification De Sagunto S.A. (“SAGGAS”, Spanja) permezz tax-xiri ta’ ishma f’impriża konġunta eżistenti. Bħalissa SAGGAS hija taħt il-kontroll konġunt ta’ UFG, Iberdrola S.A. (Spanja) u Endesa Generación S.A. (Spanja). |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l’operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5601 – RREEF Fund/UFG/SAGGAS, fl-indirizz li ġej:
|