26.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 201/13


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5580 – Blackrock/Barclays Global Investors UK Holdings)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 201/11

1.

Fit-18 ta’ Awwissu 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża BlackRock, Inc (“BlackRock”, tal-Istati Uniti) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll sħiħ tal-impriża Barclays Global Investors UK Holdings Limited (“BGI”, tar-Renju Unit) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

BlackRock: hija kumpanija Amerikana li toffri titoli ta’ investimenti lill-pubbliku fuq il-Borża (publicly traded company) u li toffri servizzi ta’ ġestjoni ta’ assi globali, il-ġestjoni tar-riskji u konsulenza lil klijenti istituzzjonali u individwali,

BGI: hija kumpanija tar-Renju Unit u bħalissa organizzata bħala diviżjoni tan-negozju tal-grupp Barclays. BGI tipprovdi prodotti u servizzi ta’ gestjoni tal-assi globali primarjament lil klijenti istituzzjonali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l’operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5580 – Blackrock/Barclays Global Investors UK Holdings, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.