14.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/5


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5575 – Orbeo/Parts of OneCarbon)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 191/05

1.

Fl-4 ta’ Awwissu 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Orbeo (Franza), impriża konġunta nofs b’nofs ikkontrollata minn Société Générale (Franza) u Rhodia (Franza) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll ta’ partijiet mill-impriża OneCarbon International B.V. (OneCarbon, l-Olanda) permezz tax-xiri ta' assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għas-Société Générale: operazzjonijiet bankarji ġenerali u servizzi finanzjarji, ġestjoni u servizzi marbutin ma’ investiment globali, u operazzjonijiet bankarji korporattivi u ta' investiment,

għal Rhodia: l-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ kimiċi speċjalizzati għal swieq diversifikati, inklużi dak awtomobilistiku, l-elettronika, essenzi u fwejjaħ, is-saħħa, il-kura personali u tad-dar, prodotti għall-konsum u industrijali,

għal Orbeo: il-kummerċ fid-drittijiet ta’ emissjoni tal-karbonju u speċjalment ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet iċċertifikat (certified emission reduction – CER) u strumenti ta’ kwoti tal-Unjoni Ewropea (European Union allowance – EUA),

għal One Carbon: attivitajiet ta’ negozju li jikkonċernaw it-tranżazzjoni huma l-Kummerċ fil-Valur Miżjud (Value Added Trading – AVT) u l-Iżvilupp tal-Kreditu tal-Karbonju (Credit Carbon Development – CCD) L-attivitajiet ta’ CCD jikkonsistu f’konsulenza u servizzi ta’ assistenza għal żviluppaturi ta’ proġetti dwar it-tnaqqis ta’ emissjoni ta’ gass b’effett serra. l-attivitajiet ta’ AVT jikkonsistu fix-xiri ta’ krediti ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet minn proġetti ta’ tnaqqis ta’ emissjoinjiet ta’ gass b’effett serra u l-bejgħ ta’ krediti relatati lil sħab kummerċjali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5575 – Orbeo/Parts of OneCarbon, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.