|
5.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 183/32 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5529 – Oracle/Sun Microsystems)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/C 183/11
|
1. |
Fit-30 ta’ Lulju 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża Oracle Corporation (“Oracle”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista, skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, kontroll sħiħ tal-impriża Sun Microsystems, Inc. (“Sun”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz ta' xiri ta' ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l’operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5529 – Oracle/Sun Microsystems, fl-indirizz li ġej:
|