| 16.7.2009 | MT | Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea | C 164/21 | 
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5506 – Sabena Technics/TNT Airways/JV)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/C 164/05
| 1. | Fit-3 ta’ Lulju 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta għal konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriżi Sabena Technics SA (“Sabena Technics”, Franza) proprjetà ta’ TAT group, u TNT Airways SA (“TNT Airways”, il-Belġju) proprjetà ta’ TNT group, akkwistaw fi ħdan l-ambitu tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll konġunt ta’ X-Air Services SA (“X-Air Services”, il-Belġju), kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta, permezz tax-xiri ta’ ishma u t-trasferiment ta’ assi. | 
| 2. | L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: 
 
 
 | 
| 3. | Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista’ taqa’ fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. | 
| 4. | Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 2 2964301 jew 2967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta’ referenza COMP/M.5506 – Sabena Technics/TNT Airways/JV, fl-indirizz li ġej: 
 |