8.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/20


Sejħa għal proposti TREN/SUB/01-2009

2009/C 155/04

Il-Kummissjoni Ewropea tipprevedi li talloka sussidji għal ammont globali indikattiv ta' EUR 4 750 000 bil-għan li jiġu promossi l-għanijiet tal-politika tat-trasport. Il-prijoritajiet politiċi kienu ġew iffissati fil-Programm ta' Ħidma għas-sena 2009 adottat mill-Kummissjoni Ewropea.

It-temi prinċipali magħżula jirrigwardaw is-sikurezza fit-toroq, is-sikurezza tat-trasport u s-suq intern (għal navigazzjoni 'l ġewwa mix-xtajta u navigazzjoni marittima).

L-informazzjoni dwar din is-sejħa għall-proposti tinsab fis-sit tad-DĠ TREN f'dan l-indirizz:

http://ec.europa.eu/transport/grants/index_en.htm