4.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 153/2 |
Kriterji ta’ assenjazzjoni tal-kawżi lill-awli
2009/C 153/04
Fis-16 ta’ Ġunju 2009, il-Qorti tal-Prim’Istanza stabbilixxiet kif ġej il-kriterji għall-assenjazzjoni tal-kawżi lill-awli għall-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2009 sal-31 ta’ Awwissu 2010, skont l-Artikolu 12 tar-Regoli tal-Proċedura:
1. |
L-appelli mid-deċiżjonijiet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku huma assenjati, mill-preżentata tar-rikors, bla ħsara għal applikazzjoni ulterjuri tal-Artikoli 14 u 51 tar-Regoli tal-Proċedura, lill-Awla tal-Appell. |
2. |
Il-kawżi l-oħra li ma jaqgħux taħt il-paragrafu 1 huma assenjati, mill-preżentata tar-rikors u bla ħsara għal applikazzjoni ulterjuri tal-Artikoli 14 u 51 tar-Regoli tal-Proċedura, lill-awli komposti minn tliet Imħallfin. Il-kawżi li jaqgħu taħt dan il-paragrafu jitqassmu lill-awli skont tliet rotazzjonijiet differenti mfassla skond l-ordni ta’ reġistrazzjoni tal-kawżi fir-Reġistru:
Fil-kuntest ta’ dawn ir-rotazzjonijiet, iż-żewġ awli ppresjeduti minn tlieta komposti minn erba’ Imħallfin jittieħdu inkunsiderazzjoni darbtejn meta sseħħ it-tielet rotazzjoni. Il-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza jista’ jidderoga minn dawn ir-rotazzjonijiet sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-konnessjoni ta’ ċerti kawżi jew sabiex jiżgura li x-xogħol jiġi mqassam b’mod ibbilanċjat. |