30.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/19


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5063 – BLG Italia/ICO/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 148/10

1.

Fid-19 ta’ Ġunju 2009 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha BLG Automobile Logistics Italia (“BLG Italia”, l-Italja) proprjetà tal-grupp BLG Logistics Group (il-Ġermanja) u International Car Operators (il-Benelux) N.V. (“ICO”, il-Belġju) proprjetà tal-grupp NYK Group (“NYK”, il-Ġappun) jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll konġunt tal-kumpanija bi sħab ICO BLG Automobile Logistics Italia (“ICO BLG”, l-Italja) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal BLG: it-tħaddim ta' vendi tal-karozzi, kontenituri u ta' loġistika tal- kuntratti,

għal NYK: it-trasport tal-merkanzija, it-tħaddim tal-vendi, il-loġistika, il-bejgħ u x-xiri tal-proprjetà,

għal ICO BLG: it-tħaddim ta' venda tal-karozzi fil-port ta' Gioia Tauro, l-Italja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 2 2964301 jew 2967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5063 – BLG Italia/ICO/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.