30.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 148/s3 |
AVVIŻ
Fl-30 ta' Ġunju 2009, f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 148 A, se jiġi ppubblikat il-“Katalgu komuni tal-varjetajiet tal-ispeċijiet tal-pjanti agrikoli — ir-raba' suppliment għas-27 edizzjoni kompluta”.
L-abbonati tal-Ġurnal Uffiċjali jistgħu jiksbu l-istess numru ta’ kopji u verżjonijiet lingwistiċi ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali bħal dawk li jiksbu mingħajr ħlas. L-abbonati huma mitluba jirritornaw il-formola mehmuża hawnhekk, mimlija u bin-numru sħiħ tal-abbonament tagħhom (il-kodiċi jidher fuq ix-xellug ta’ kull tikketta u jibda: O/…). Dan il-Ġurnal Uffiċjali se jibqa’ disponibbli mingħajr ħlas għal sena mid-data ta’ meta jiġi ppubblikat.
Non-abbonati jistgħu jordnaw dan il-Ġurnal Uffiċjali bi ħlas f’wieħed mill-uffiċini tal-bejgħ tagħna (ara http://publications.europa.eu/others/sales_agents_mt.html).
Dan il-Ġurnal Uffiċjali – bħall-Ġurnali Uffiċjali kollha (L, C, CA, CE) – jista’ jiġi kkonsultat mingħajr ħlas online fuq http://eur-lex.europa.eu