26.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/60


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5522 – Mitsubishi Corporation/Acciona Energia Internacional/Amper)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 146/05

1.

Fit-18 ta’ Ġunju 2009 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Acciona Energia Internacional S.A.U. (“Acciona”, Spanja), li hi propjetà ta' Acciona Group u Mitsubishi Corporation (“MC”, il-Ġappun), takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll konġunt tal-impriża Amper Central Solar, S.A. (“Amper”, il-Portugall), kumpanija li hija impriża konġunta, permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Acciona: l-iżvilupp u l-ġestjoni ta' proġetti ta' infrastruttura u beni immobbli, il-provvista ta' servizzi ta' trasport, servizzi urbani u servizzi ambjentali, kif ukoll l-iżvilupp u l-operazzjoni ta' enerġiji li jiġġeddu,

għal MC: negozju f'numru kbir ta' industriji, inklużi l-enerġija, il-metalli, il-makkinarju, il-kimika, l-ikel u prodotti ġenerali,

għal Amper: il-produzzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 2 2964301 jew 2967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5522 – Mitsubishi Corporation/Acciona Energia Internacional/Amper, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.