|
19.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 139/11 |
SEJĦA GĦALL-OFFERTI – EACEA Nru 10/09
MEDIA – Promozzjoni tax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej u tal-professjonisti Ewropej ′il barra mill-pajjiżi Media
2009/C 139/09
1. Għanijiet u deskrizzjoni
Dan l-avviż ta’ seħja għall-offerti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ għas-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007).
Fost l-għanijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija hawn fuq, hemm:
|
— |
li tiffaċilita u tħeġġeġ il-promozzjoni u ċ-ċirkulazzjoni tax-xogħlijiet awdjoviżivi u ċinematografiċi Ewropej fil-qafas ta’ avvenimenti kummerċjali, ta’ swieq professjonali u ta’ festivals awdjoviżivi fl-Ewropa u fid-dinja, peress li dawn l-avvenimenti jista’ jkollhom rwol importanti fil-promozzjoni tax-xogħlijiet Ewropej u n-netwerking tal-professjonisti, |
|
— |
li tħeġġeġ in-netwerking tal-operaturi Ewropej, billi jiġu appoġġati azzjonijiet komuni, impriżi fis-suq Ewropew u internazzjonali, minn organizzazzjonijiet nazzjonali ta’ promozzjoni, pubbliċi jew privati, |
|
— |
li tiffavorixxi distribuzzjoni transnazzjonali akbar tal-films Ewropej mhux nazzjonali, fis-suq Ewropew u internazzjonali, b’miżuri ta’ inċentiv favur id-distribuzzjoni u l-programmazzjoni tagħhom fiċ-ċinema, b’mod partikolari billi jiġu mħeġġa strateġiji kkoordinati ta’ kummerċjalizzazzjoni. |
2. Kandidati eliġibbli
Din is-sejħa għall-offerti hija indirizzata lill-kumpaniji Ewropej li l-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-programm MEDIA skont id-deskrizzjoni mogħtija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill.
Il-kandidati għandhom ikunu stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:
|
— |
Is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea; |
|
— |
il-pajjiżi tal-EFTA u ż-ŻEE: l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja; |
|
— |
l-Iżvizzera u l-Kroazja. |
3. Azzjonijiet eliġibbli
L-obbjettiv ta’ din is-sejħa għall-offerti huwa li tappoġġa l-azzjonijiet u l-attivitajiet li jsiru ′l barra mill-pajjiżi membri tal-Programm MEDIA.
L-għanijiet huma li jiġu appoġġati l-azzjonijiet li għandhom l-iskopijiet li ġejjin:
|
— |
Jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-professjonisti Ewropej għas-swieq/avvenimenti li qegħdin isiru barra mill-pajjiżi MEDIA; |
|
— |
Tiġi promossa d-distribuzzjoni tax-xogħlijiet awdjoviżivi u/jew ċinematografiċi ′l barra mill-pajjiżi MEDIA. |
It-tul massimu għall-proġetti huwa 24 xahar.
L-attivitajiet għandhom jibdew bejn 1 ta’ Jannar 2010 u l-30 ta’ Settembru 2010. L-attivitajiet għandhom jintemmu qabel il-31 ta’ Diċembru 2011.
4. Kriterji għall-għoti
Il-kandidati/proġetti eliġibbli ser ikunu evalwati fuq 100 punt skont il-kriterji li ġejjin:
|
Dimensjoni Ewropea tal-azzjoni |
25 punt |
|
Impatt fuq il-promozzjoni u ċ-ċirkolazzjoni tax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej |
30 punt |
|
Kwalità u nfiq/effikaċja tal-pjan tal-azzjoni ppreżentat |
25 punt |
|
Kwalità tad-dimostrazzjonijiet/avvenimenti li jilqgħu l-azzjoni |
10 punti |
|
Promozzjoni tax-xogħlijiet awdjoviżivi li ġejjin minn pajjiżi Ewropej li għandhom kapaċità żgħira ta’ produzzjoni awdjoviżiva |
10 punti |
5. Baġit
Il-baġit totali stmat allokat għall-kofinanzjament ta’ proġetti huwa ta’ 400 000 EUR.
L-għajnuna finanzjarja tal-Kummissjoni ma tistax tkun aktar minn 50 % tal-ispejjeż totali tal-azzjoni.
L-Aġenzija żżomm il-possibbiltà li ma tattribwix il-fondi kollha disponibbli.
6. Data ta’ għeluq għall-preżentazzjoni
Id-data ta’ għeluq biex jintbagħtu l-applikazzjonijiet hija t-12 ta’ Awwissu 2009. L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:
|
Agence Exécutive «Education, Audiovisuel et Culture» |
|
Appel à propositions EACEA/10/09 |
|
Att. M. Costas DASKALAKIS |
|
BOUR 03/30 |
|
Avenue du Bourget 1 |
|
1040 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
L-applikazzjonijiet ippreżentati fuq il-formola adegwata, mimlijin kif xieraq, datati u ffirmati mill-persuna bis-setgħa li tirrappreżenta legalment il-korp li qiegħed jagħmel it-talba biss jistgħu jiġu aċċettati.
L-applikazzjonijiet li jintbagħtu bil feks jew bil-posta elettronika ma jiġux aċċettati.
7. Tagħrif sħiħ
Il-linji gwida ddettaljati għall-kandidati, kif ukoll il-formoli tal-applikazzjoni, jistgħu jinkisbu mill-indirizz li ġej http://eacea.ec.europa.eu
Huwa obbligatorju li l-applikazzjonijiet jintbagħtu fuq il-formola pprovduta u jkollhom l-Annessi u l-informazzjoni kollha mitluba.