|
11.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 132/10 |
Sejħa għal proposti għal azzjonijiet indiretti fi ħdan il-Programm Komunitarju pluriennali dwar il-ħarsien tat-tfal li jużaw l-Internet u t-teknoloġiji l-oħrajn tal-komunikazzjoni (Internet aktar Sikur)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/C 132/07
|
1. |
Skont id-Deċiżjoni Nru 1351 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi programm Komunitarju pluriennali dwar il-ħarsien tat-tfal li jużaw l-Internet u t-teknoloġiji l-oħrajn tal-komunikazzjoni (1) (Internet aktar Sikur), il-Kummissjoni Ewropea qiegħda tistieden li jitressqu proposti għal azzjonijiet li jiġu ffinanzjati fi ħdan il-programm. Internet aktar Sikur huwa bbażat fuq erba' azzjonijiet:
Il-programm huwa suċċessur tal-programm Safer Internet plus (2005-2008). |
|
2. |
F'konformità mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-Kummissjoni Ewropea fasslet Programm ta' Ħidma (2) biex iservi ta' bażi għall-implimentazzjoni tal-programm fl-2009. Il-Programm ta' Ħidma għandu tagħrif ulterjuri dwar l-għanijiet, il-prijoritajiet, il-baġit indikattiv u dwar it-tipi ta' azzjonijiet imsemmija f'din in-notifika u r-regoli ta' eliġibbiltà għall-parteċipazzjoni. |
|
3. |
Il-Gwida għall-Proponenti tagħti tagħrif dettaljat dwar kif għandhom jitħejjew u jitressqu l-proposti u dwar il-proċess ta' evalwazzjoni (3). Din id-dokumentazzjoni hija disponibbli, flimkien mal-Programm ta' Ħidma u kwalunkwe tagħrif ieħor relatat ma' din is-sejħa, minn dan l-indirizz tal-Kummissjoni Ewropea:
|
|
4. |
Jistgħu jsiru proposti għall-partijiet tas-sejħa identifikati hawn taħt. L-applikanti li jixtiequ jagħmlu proposti għal aktar minn parti ta' sejħa waħda għandhom jagħmlu proposti separati għal kull parti. |
|
5. |
Il-baġit totali indikattiv disponibbli għal din is-sejħa fi ħdan il-baġit għas-sena 2009 huwa ta' EUR 9.333 miljun mill-kontribut Komunitarju. Sabiex jiġi żgurat l-għan ta' kopertura sħiħa tan-netwerk Ewropew integrat taċ-ċentri għal Internet aktar Sikur, il-baġit tas-sejħa tal-2009 għal proposti jista' jissaħħaħ permezz ta’ approprjazzjonijiet mill-baġit tal-2010, bla ħsara għall-adozzjoni tal-baġit tal-2010 mill-Awtorità Baġitarja u għad-disponibbiltà ta' approprjazzjonijiet. Jekk jiġi deċiż tisħiħ tali, dan għandu jitwettaq qabel id-data ta' skadenza ta' din is-sejħa. L-għotjiet għall-proposti mressqa b’risposta għal din is-sejħa ser jingħataw permezz ta’ ftehimiet ta’ għotja. L-evalwazzjoni tal-proposti għandha twassal għal lista tal-proposti li jkunu se jiġu ffinanzjati. Din il-lista tista’ tiġi kkumplimentata minn lista ta’ riżerva ta' proposti ta’ kwalità suffiċjenti, li jiġi ffinanzjati f’każ li jkun hemm baġit disponibbli. |
|
6. |
Is-sejħa għal proposti fi ħdan dan il-Programm ta' Ħidma hija miftuħa għall-entitajiet legali kollha stabbiliti fl-Istati Membri. Hija miftuħa wkoll għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet legali stabbiliti fl-Istati tal-EFTA li huma partijiet kontraenti fil-Ftehim taż-ŻEE (in-Norveġja, l-Iżlanda u l-Liechtenstein). Is-sejħa hija wkoll miftuħa għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet legali stabbiliti f'pajjiżi oħra skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Programm (4), dejjem jekk jiġi ffirmat ftehim bilaterali. Jekk il-proposti mressqa mill-entitajiet legali minn dawn il-pajjiżi jintgħażlu biex jiġu ffinanzjati, il-ftehim ta' għotja jkun iffirmat biss ladarba jkunu ttieħdu l-passi meħtieġa sabiex il-pajjiż ikkonċernat jissieħeb fil-Programm permezz tal-iffirmar ta' ftehim bilaterali. Tagħrif aġġornat dwar liema pajjiżi huma msieħba fil-Programm huwa disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Programm http://ec.europa.eu/saferinternet L-entitajiet legali stabbiliti f'pajjiżi li mhumiex parti mill-UE apparti dawk imsemmija hawn fuq u l-organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jieħdu sehem fil-proġetti kollha bi spejjeż tagħhom. L-entitajiet legali stabbiliti fir-Russja jistgħu jipparteċipaw fl-Azzjoni 1.1 (Ċentri għal Internet aktar Sikur) ta' din is-sejħa għall-proposti skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-Programm ta' Ħidma. |
Part 1: Partijiet tas-sejħa
Azzjoni 1 u azzjoni 2: L-IŻGURAR TAL-KUXJENZA PUBBLIKA U L-ĠLIEDA KONTRA L-KONTENUT ILLEGALI U L-IMĠIBA DANNUŻA FUQ L-INTERNET
|
7. |
Identifikatur: 1.1 NETWERK INTEGRAT: ĊENTRI GĦAL INTERNET AKTAR SIKUR Il-Programm iħeġġeġ it-twaqqif ta' Ċentri għal Internet aktar Sikur madwar l-Ewropa kollha biex jiġu kkoordinati attivitajiet u jitlaqqgħu flimkien varjetà ta' partijiet interessati biex tiġi żgurata l-azzjoni u jiġi ffaċilitat it-trasferiment tal-għarfien. Iċ-ċentri kollha għal Internet aktar Sikur se jwettqu attivitajiet għat-trawwim tal-kuxjenza pubblika fost ġenituri, dawk li jieħdu ħsieb it-tfal, għalliema u tfal f'kooperazzjoni fil-qrib mal-atturi rilevanti kollha f'livelli reġjonali u lokali, li jindirizzaw kwistjonijiet relatati ma' kontenut li huwa meqjus bħala mhux xieraq għat-tfal. Eżempju, ir-razziżmu u l-ksenofobija, bullying u abbużi, l-użu ta' servizzi peer-to-peer, vidjo fuq firxa wiesgħa, messaġġi istantaneji, chat-rooms, siti web ta' netwerking soċjali u l-aċċess għal kontenut u tagħrif u komunikazzjoni interattivi miksuba permezz tal-assorbiment rapidu tal-Internet, il-mowbajls u l-konsowls tal-logħob mit-tfal. L-azzjonijiet iqisu kwistjonijiet relatati mal-ħarsien tal-konsumatur, il-protezzjoni tad-dejta, it-tagħrif, il-kwistjonijiet relatati mas-sigurtà ta' netwerk (viruses/spam). Barra minn hekk, iċ-Ċentri għal Internet aktar Sikur għandhom jinkludu wkoll a) hotlines fejn il-pubbliku jista' jirrapporta kontenut illegali u b) helplines li permezz tagħhom ġenituri u tfal jista' jieħdu parir dwar kif titratta kuntatt dannuż (grooming), imġiba dannuża (cyberbullying), kontenut dannuż u esperjenzi skomdi jew li jqanqlu biża’ relatati mal-użu tagħhom ta’ teknoloġiji fuq l-Internet. Ix-xogħlijiet taċ-Ċentri għal Internet aktar Sikur huma stipulati f'aktar dettall fil-Programm ta' Ħidma. Finanzjament ta' 50 % tal-infiq eliġibbli (li jista' jiżdied għal 75 % għall-korpi pubbliċi, SMEs u organizzazzjonijiet bla skop ta' profitt). |
|
8. |
Identifikatur: 1.2 NETWERK INTEGRAT: KOORDINAZZJONI EWROPEA TA' ĊENTRI GĦAL INTERNET AKTAR SIKUR Sabiex tiġi żgurata l-kooperazzjoni u l-effikaċja massima tal-azzjonijiet għat-trawwim tal-kuxjenza u tal-hotlines u l-helplines madwar l-Ewropa kollha, is-sejħa tal-2009 hija miftuħa wkoll għal koordinatur tan-netwerk sabiex jipprovdi sostenn loġistiku u infrastrutturali għaċ-Ċentri għal Internet aktar Sikur, li jiżgura viżibbiltà f'livell Ewropew, komunikazzjoni u skambju ta' esperjenza tajba sabiex it-tagħlimiet miksuba jkunu jistgħu jiġu applikati fuq bażi kontinwa. Ix-xogħlijiet tal-koordinatur tan-netwerk huma stipulati f'aktar dettall fil-Programm ta' Ħidma. Fid-dawl tan-natura differenti tax-xogħlijiet ta' attivitajiet għat-trawwim tal-kuxjenza, ta' hotlines u ta' helplines, fil-Programm ta’ Ħidma hemm previsti xogħlijiet speċifiċi għal kull komponent. Barra mix-xogħlijiet speċifiċi ta' koordinazzjoni ta' kull komponent, il-koordinatur tan-netwerk se:
Il-koordinazzjoni ġenerali u x-xogħlijiet speċifiċi ta' koordinazzjoni se jkunu parti mill-ftehim ta' għotja unika. Tista' ssir proposta konġunta minn mhux aktar minn tliet organizzazzjonijiet differenti. Finanzjament ta' 100 % tal-ispejjeż eliġibbli diretti (kif iddefiniti fil-mudell tal-ftehim ta' għotja), iżda mingħajr spejjeż indiretti (overheads). |
Azzjoni 3: PROMOZZJONI TA’ AMBJENT AKTAR SIKUR FUQ L-INTERNET
|
9. |
Identifikatur: 3.1 NETWERK TEMATIKU: NETWERK TA' NGOs GĦALL-ĦARSIEN TAT-TFAL FUQ L-INTERNET Il-Programm jagħmel stedina għal proposti biex jitwaqqaf netwerk tematiku ta' organizzazzjonijiet Ewropej mhux governattivi li jirrappreżentaw id-drittijiet u l-benesseri tat-tfal biex jiżviluppa approċċ miftiehem permezz ta' skambju ta’ esperjenzi u tal-aħjar prattiki, u billi jiżviluppa strateġiji konġunti, sabiex jiġi żgurat li l-ħtiġijiet tat-tfal jitqiesu kemm f'diskussjonijiet dwar l-Internet u mezzi ġodda tax-xandir fl-Ewropa, kif ukoll fil-fora internazzjonali rilevanti. Jingħata finanzjament ta' 100 % għal għadd limitat ta' spejjeż eliġibbli (spejjeż diretti ta' koordinament u implimentazzjoni tan-netwerk) għal netwerks tematiċi. |
Azzjoni 4: ĦOLQIEN TA’ BAŻI TAL-GĦARFIEN
|
10. |
Identifikatur: 4.1 PROĠETT GĦAT-TISĦIĦ TA' GĦARFIEN: VITTIMIZZAZZJONI TAT-TFAL FUQ L-INTERNET Qed jiġu mistiedna proposti għal proġett għat-tisħiħ ta' għarfien bil-għan li jsaħħaħ l-għarfien dwar l-abbuż sesswali ta' tfal relatat mal-internet, partikolarment il-preparazzjoni onlajn għall-abbuż (il-proċess meta adult jinqeda bl-internet biex jitħabbeb ma’ tifel jew tifla bl-intenzjoni li jabbużahom sesswalment). Ir-riżultat mistenni minn dan il-proġett huwa għarfien akbar tal-proċess li jkun ta' benefiċċju għat-tiswir tal-politika, il-ħidma għall-benesseri tat-tfal, u t-trawwim tal-kuxjenza kif ukoll li jipprovdi suġġetti għal aktar azzjonijiet u studji. Huwa għandu jsaħħaħ il-ħarsien tat-tfal u jifformula strateġiji preventivi aktar effettivi. Il-proġett jista’ jkun immirat lejn il-vittimizzazzjoni tat-tfal fl-ambjent tal-internet: l-identifikazzjoni tal-aktar gruppi vulnerabbli ta' tfal li jistgħu jkunu fil-mira ta' abbuż fuq l-internet, l-impatt psikoloġiku tal-vittimizzazzjoni tat-tfal fuq l-internet, li jvarja minn aċċess għal materjal potenzjalment dannuż (eżempju materjal sesswali u/jew vjolenti) fuq l-internet sa li wieħed jiġi abbużat. Il-proġett għandu jidentifika d-differenzi fl-imġiba użata bejn gruppi tal-età u s-sessi; ir-relazzjoni bejn is-sesswalità taż-żgħażagħ u l-preparazzjoni onlajn għall-abbuż; isir profil tal-imġiba tat-teħid tar-riskju fuq l-internet minn gruppi differenti ta' tfal. Il-metodoloġija tal-proġett għandha tinvolvi approċċ kwalitattiv li jinvolvi tfal li esperjenzaw abbużi fuq l-internet. Il-proġetti għat-tisħiħ ta' għarfien se jingħataw finanzjament ta’ 100 % għall-ispejjeż eliġibbli diretti (kif iddefiniti fil-mudell tal-ftehim ta' għotja), iżda mingħajr spejjeż indiretti (overheads). |
Parti 2: Kriterji ta’ evalwazzjoni
L-evalwazzjoni tal-proposti se tkun ibbażata fuq il-prinċipji tat-trasparenza u tal-ugwaljanza tat-trattament. Din l-evalwazzjoni se titwettaq mill-Kummissjoni bl-għajnuna ta' esperti indipendenti. Kull sottomissjoni se tkun eżaminata abbażi ta’ kriterji ta’ evalwazzjoni, li huma maqsuma fi tliet kategoriji: kriterji ta’ eliġibbiltà, kriterji għall-għoti, kriterji tal-għażla. Il-proposti li jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà biss jistgħu jiġu evalwati aktar fil-fond. L-ispjegazzjoni ta' dawn il-kriterji hija ppreżentata hawn taħt.
|
11. |
Kriterji ta' eliġibbiltà
Mal-wasla tagħhom, il-proposti u l-applikazzjonijiet jiġu soġġetti għal kontroll ta' eliġibbiltà, biex jiġi żgurat li jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-sejħa, u mal-proċedura ta' sottomissjoni ta' proposti. Jitwettqu l-ispezzjonijiet li ġejjin:
Barra minn hekk, il-proponenti għandhom jiċċertifikaw li mhumiex f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet imniżżla fil-Programm ta' Ħidma li teskludihom milli jipparteċipaw. |
|
12. |
Kriterji għall-Għoti
Sabiex jiġi evalwat il-mertu relattiv tal-proposti riċevuti, kull mezz għall-implimentazzjoni tal-programm (netwerks integrati, proġetti fil-mira u netwerks tematiċi) se jkollu s-sett speċifiku tiegħu ta' kriterji għall-għotja, b'piżijiet speċifiċi. L-ispjegazzjoni ta' dawn il-kriterji għall-għoti hija ppreżentata fil-Programm ta' Ħidma2 għas-sena 2009 għal Internet aktar Sikur. |
|
13. |
Kriterji tal-għażla
Il-kriterji tal-għażla se jiżguraw li l-proponenti jkollhom ir-riżorsi biex jikkofinanzjaw il-proġett u l-kompetenzi u kwalifiki professjonali meħtieġa biex iwettqu x-xogħol b'mod tajjeb. Il-kriterji tal-għażla jiġu applikati abbażi tat-tagħrif provdut fil-proposta. Jekk jiġu identifikati każijiet ta' nuqqas ta’ kapaċità finanzjarja jew ta’ kompetenza professjonali jista' jkun hemm il-ħtieġa għal azzjonijiet ta' kumpens bħal garanziji finanzjarji jew azzjonijiet oħra. Il-proposti magħżula msejħa għan-negozjati se jkunu s-soġġett ta' validazzjoni formali legali u finanzjarja bħala rekwiżit għall-ħruġ ta' ftehim ta' għotja. L-ispjegazzjoni tal-kriterji tal-għażla hija ppreżentata fil-Programm ta' Ħidma għas-sena 2009 għal Internet aktar Sikur. |
Parti 3: Dettalji amministrattivi u skadenzi
|
14. |
Il-proposti jridu jkunu tħejjew bl-użu tal-forom fil-Gwida għall-proponenti, u mibgħuta f’forma stampata waħda (1) oriġinali u ħames (5) kopji, akkumpanjati minn kopja elettronika fuq CD-Rom, lill-Kummissjoni fl-indirizz li ġej:
|
|
15. |
Skadenza għall-wasla tal-proposti kollha: 19 ta' Novembru 2009 fil-17h00 (Ħin lokali tal-Lussemburgu). Il-proposti li jaslu wara l-iskadenza, jew li jintbagħtu permezz ta’ faks jew posta elettronika ma jitqiesux. |
|
16. |
Skeda indikattiva tal-evalwazzjoni u tal-għażla: l-evalwazzjoni se ssir fi żmien xahrejn mid-data tal-iskadenza ta' din is-sejħa. L-applikanti se jiġu informati bir-riżultati tal-applikazzjoni tagħhom wara li tkun saret l-evalwazzjoni. Iż-żmien ta' ċerti proġetti ġodda se jqis kuntratti eżistenti li, fil-każ ta' ċerti Ċentri għal Internet aktar Sikur, jibqgħu għaddejin sal-aħħar tal-2010, sabiex jiġi żgurat l-aktar użu effiċjenti tal-finanzjament. |
|
17. |
Għal korrispondenza kollha relatata ma' din is-sejħa (eżempju meta tintalab informazzjoni jew titressaq proposta), il-proponenti huma mistiedna li jikkwotaw l-identifikatur tal-parti tas-sejħa rilevanti. Meta jressqu proposta, l-applikanti jkunu qed jaċċettaw il-proċeduri u l-kundizzjonijiet kif spjegati f'din is-sejħa u fid-dokumenti li tirreferi għalihom. Il-proposti kollha li jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea jiġu ttrattati b'mod strettament kunfidenzjali. Il-Komunità Ewropea tapplika politika ta’ opportunitajiet ugwali u, f'dan il-kuntest in-nisa huma partikolarment imħeġġa jissottomettu proposti jew jinvolvu ruħhom fil-preżentazzjoni tagħhom. |
(1) ĠU L 348, 24.12.2008, p. 118.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 4023, 28.5.2009, http://ec.europa.eu/saferinternet
(3) http://ec.europa.eu/saferinternet
(4) Id-Deċiżjoni Nru 1351/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008, ippubblikata fil-ĠU L 348, 24.12.2008, p. 118.