|
9.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 130/1 |
Sejħa għal applikazzjonijiet
Direttur tad-Direttorat tal-Protokoll u taż-Żjarat (grad AD 14 jew AD 15)
(2009/C 130 A/01)
Il-pożizzjoni ta' Direttur tal-Protokoll u taż-Żjarat (grad AD 14 jew AD 15) fi ħdan il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej ser tkun vakanti fil-futur qarib. Din il-pożizzjoni ser timtela skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal.
Natura tad-dmirijiet
Il-persuna li tinħatar f'din il-pożizzjoni, li taħdem taħt l-awtorità tar-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja, tkun responsabbli għat-tmexxija tad-Direttorat tal-Protokoll u taż-Żjarat u tkun inkarigata mill-amministrazzjoni u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet tiegħu.
Id-Direttur tal-Protokoll u taż-Żjarat għandu jeżerċita d-dmirijiet ta' kap tal-protokoll tal-Qorti tal-Ġustizzja u, għal dan il-għan, għandu jieħu ħsieb is-superviżjoni tal-organizzazzjoni taż-żjarat uffiċjali fil-Qorti tal-Ġustizzja ta' personalitajiet importanti kif ukoll tal-organizzazzjoni tal-udjenzi solenni u ta' attivitajiet uffiċjali oħra.
Huwa jkun responsabbli wkoll mid-dipartiment taż-żjarat, inkarigu li jinvolvi:
|
— |
it-tħejjija taż-żjarat għall-finijiet ta' studju u ta' informazzjoni (madwar 15 000 viżitatur fis-sena); |
|
— |
l-organizzazzjoni fi ħdan il-Qorti tal-Ġustizzja ta' laqgħat ta' membri tal-ġudikatura nazzjonali tal-Istati Membri. |
Id-Direttur tal-Protokoll u taż-Żjarat għandu jiżgura b'mod partikolari l-amministrazzjoni tajba tal-membri tal-persunal fid-direttorat tiegħu; b'mod partikolari, għandu jħeġġeġ il-motivazzjoni tagħhom, it-taħriġ tagħhom u l-adattament tagħhom għall-ħtiġijiet tas-servizz. Għandu jimpenja ruħu wkoll sabiex itejjeb il-metodi tax-xogħol tad-direttorat kif ukoll sabiex juża bl-aħjar mod possibbli r-riżorsi u l-għodda li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu. Fl-aħħar nett, fil-kwalità tiegħu ta' uffiċjal awtorizzanti b'sottodelega, huwa għandu jiżgura l-amministrazzjoni tajba tal-fondi għad-dispożizzjoni tiegħu.
Kwalifiki jew diplomi meħtieġa
|
— |
Studji universitarji kompluti ċċertifikati b'diploma. |
|
— |
Għarfien approfondit u esperjenza professjonali sostanzjali fl-oqsma koperti mid-Direttorat. |
|
— |
Kapaċità fit-tmexxija ta' unità amministrattiva. |
|
— |
Għarfien tajjeb tal-Ingliż u tal-Franċiż. |
Preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet
L-applikazzjonijiet għal din il-pożizzjoni għandhom jaslu fil-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta' posta elettronika biss, fl-indirizz DIR-PV-CURIA@curia.europa.eu sa mhux aktar tard mis-27 ta' Ġunju 2009 fis-13:00. Flimkien mal-applikazzjonijiet, għandhom jintbagħtu curriculum vitae dettaljat u kull dokument ieħor utli.