19.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/13


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5480 – Deutsche Bahn/PCC Logistics)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 114/08

1.

Fil-5 ta’ Mejju 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Deutsche Bahn Mobility Logistics AG (il-Ġermanja), li hi proprjetà tad-Deutsche Bahn AG (il-Ġermanja) għandha ħsieb lli takkwista l-kontroll skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill tal-operazzjonjiet loġistiċi Pollakki mmexxija mill-impriżi PCC Rail S.A., PCC Rail Rybnik S.A. u Trawipol Sp. (flimkien il-PCC Logistics, il-Polonja) li kollha huma proprjetà tal-PCC SE (il-Ġermanja) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Deutsche Bahn AG: it-trasport tal-passiġġieri, l-ispedizzjoni tal-merkanzija u l-loġistika (inkluż it-trasport tal-merkanzija) u servizzi anċillari,

PCC Logistics: servizzi ta’ loġistika għat-trasport bil-ferrovija u l-ispedizzjoni tal-merkanzija u l-loġistika (inkluż it-trasport tal-merkanzija speċjalment fil-Polonja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista’ taqa’ fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l’operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 2 2964301 jew 2967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5480 – Deutsche Bahn/PCC Logistics, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.