15.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 111/17


Avviż li jistieden proposti għat-trasferiment ta' żoni ta' estrazzjoni għall-produzzjoni tal-idrokarburi

2009/C 111/10

L-Uffiċċju Minerarju Distrettwali ta' Bratislava skont it-Taqsima 27a(8) tal-Att Nru 44/1998 dwar il-protezzjoni u l-użu ta' riżorsi minerali (Att dwar il-Minjieri), kif emendat mill-Att Nru 498/1991 tal-Kunsill Nazzjonali tas-Slovakkja, l-Att Nru 558/2001, l-Att Nru 203/2004, l-Att Nru 587/2004, l-Att Nru 479/2005, l-Att Nru 219/2007 u l-Att Nru 577/2007, qiegħed iħabbar li r-Repubblika tas-Slovakkja, permezz tal-aġenzija tal-Uffiċċju Minerarju Distrettwali ta' Bratislava bħala l-awtorità kompetenti, qed tiftaħ proċedura ta' selezzjoni għat-trasferiment ta' żoni ta' estrazzjoni għall-isfruttar ta' depożiti ta' gass naturali (depożiti li huma tas-Slovakkja) lil organizzazzjonijiet oħra u, b'referenza għall-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi, tistieden partijiet interessati biex iressqu proposti għat-trasferiment taż-żoni ta' estrazzjoni li ġejjin:

1.

Isem taż-żona ta' estrazzjoni/numru ta' referenza: Bohunice/101/A

Isem tad-Depożitu

:

Špačince – Bohunice (Nru tad-depożitu 14)

Erja taż-żona ta' estrazzjoni f'm2

:

89 999,75

Tip ta' mineral

:

gass naturali

Daqs tar-riservi ġeoloġiċi

:

70 000 000 m3, li 49 000 000 m3 minnhom huma tal-kategorija Z2 vijabbli, depożiti ħielsa u 21 000 000 m3 qegħdin fil-kategorija potenzjalment vijabbli.

Żona tar-Reġistru (IČUTJ – nru ta' identifikazzjoni)

:

Bohunice (822 400)

Distrett/kodiċi distrettwali

:

Trnava/207

Stat tas-sit ta' produzzjoni

:

Mindu ż-żona ta' estrazzjoni kienet deżinjata fl-1993, id-depożitu ma ġiex sfruttat.

Koordinati tal-vertiċi taż-żona ta' estrazzjoni ta' Bohunice

:

Vertiċi taż-żona ta' estrazzjoni

Lonġitudni

Latitudni

1.

17,62603032

48,46504993

2.

17,62377746

48,46729370

3.

17,62715155

48,46879190

4.

17,62940433

48,46654807

2.

Isem taż-żona ta' estrazzjoni/numru ta' referenza: Bohunice I./102/A

Isem tad-Depożitu

:

Špačince – Bohunice I (Nru tad-depożitu 15)

Erja taż-żona ta' estrazzjoni f'm2

:

89 997,76

Tip ta' mineral

:

gass naturali

Daqs tar-riservi ġeoloġiċi

:

33 000 000 m3, li 23 000 000 m3 minnhom huma tal-kategorija Z2 vijabbli, depożiti ħielsa u 10 000 000 m3 qegħdin fil-kategorija potenzjalment vijabbli.

Żona tar-Reġistru (IČUTJ – nru ta' identifikazzjoni)

:

Bohunice (822 400)

Distrett/kodiċi distrettwali

:

Trnava/207

Stat tas-sit ta' produzzjoni

:

Mindu ż-żona ta' estrazzjoni kienet deżinjata fl-1993, id-depożitu ma ġiex sfruttat.

Koordinati tal-vertiċi taż-żona ta' estrazzjoni ta' Bohunice I

:

Vertiċi taż-żona ta' estrazzjoni

Lonġitudni

Latitudni

1.

17,62616647

48,47574676

2.

17,62417458

48,47809730

3.

17,62770997

48,47942165

4.

17,62970175

48,47707106

3.

Isem taż-żona ta' estrazzjoni/numru ta' referenza: Špačince/098/A

Isem tad-Depożitu

:

Špačince – Bohunice (Nru tad-depożitu 13)

Erja taż-żona ta' estrazzjoni f'm2

:

322 923,89

Tip ta' mineral

:

gass naturali

Daqs tar-riservi ġeoloġiċi

:

10 000 000 m3 fil-kategorija potenzjalment vijabbli

Żona tar-Reġistru (IČUTJ – nru ta' identifikazzjoni)

:

Špačince (861 049)

Distrett/kodiċi distrettwali

:

Trnava/207

Stat tas-sit ta' produzzjoni

:

Depożitu sfruttat sal-1996. Minn dak iż-żmien l-isfruttar tad-depożitu għadu ma nbediex.

Koordinati tal-vertiċi taż-żona ta' estrazzjoni ta' Bohunice

:

Vertiċi taż-żona ta' estrazzjoni

Lonġitudni

Latitudni

I

17,62747682

48,42965402

II

17,62520611

48,43127419

III

17,62404136

48,43947535

IV

17,62728349

48,43967919

V

17,63029415

48,43159405

4.

Isem taż-żona ta' estrazzjoni/numru ta' referenza: Veľké Kostoľany/103/A

Isem tad-Depożitu

:

Madunice – Veľké Kostoľany (nru tad-depożitu 12)

Erja taż-żona ta' estrazzjoni f'm2

:

855 000

Tip ta' mineral

:

gass naturali

Daqs tar-riservi ġeoloġiċi

:

85 000 000 m3, li 59 000 000 m3 minnhom huma tal-kategorija Z2 vijabbli, depożiti ħielsa u 26 000 000 m3 qegħdin fil-kategorija potenzjalment vijabbli.

Żona tar-Reġistru (IČUTJ – nru ta' identifikazzjoni)

:

Veľké Kostoľany (868 141)

Distrett/kodiċi distrettwali

:

Piešťany/204

Stat tas-sit ta' produzzjoni

:

Mindu ż-żona ta' estrazzjoni kienet deżinjata fl-1993, id-depożitu ma ġiex sfruttat.

Koordinati tal-vertiċi taż-żona ta' estrazzjoni ta' Veľké Kostoľany

:

Vertiċi taż-żona ta' estrazzjoni

Lonġitudni

Latitudni

1.

17,75812592

48,50987684

2.

17,76082136

48,51004290

3.

17,76219538

48,50019246

4.

17,74505428

48,49642573

Il-koordinati ġeografiċi qegħdin fi gradi deċimali u s-sistema ġeodetika hija WGS-84.

Tip ta' awtorizzazzjoni – id-dritt tal-estrazzjoni minn depożitu esklussiv u l-ġestjoni tal mineral estratt (il-kandidat magħżul jista' jagħmel użu mid-dritt tiegħu wara li jingħata awtorizzazzjoni ta' attività fil-minjieri, li torbot legalment, mill-uffiċċju distrettwali tal-minjieri).

Indirizzi fejn iridu jintbagħtu proposti għat-trasferiment ta' żona ta' estrazzjoni u d-data tal-għeluq tal-proposti għat-trasferiment ta' żona ta' estrazzjoni:

Obvodný banský úrad v Bratislave (Uffiċċju Minerarju Distrettwali ta' Bratislava )

Prievozská 30

821 05 Bratislava

SLOVENSKO/SLOVAKIA

Il-Proposti jridu jaslu sa mhux iktar tard minn 90 ġurnata mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Termini għall-parteċipazzjoni fil-proċedura ta' selezzjoni: parti interessata li tressaq proposta għat-trasferiment ta' żona ta' estrazzjoni trid tipprovdi evidenza ta' awtorizzazzjoni valida għal attività fil-minjieri, (jew awtorizzazzjoni simili maħruġa minn stat li huwa parti kontraenti fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea) li tinkludi l-attivitatjiet kollha li se jsiru fiż-żona ta' estrazzjoni inkwistjoni tal-proposta, u trid tinkludi proposti għat-trattament tal-iskart u rapport aġġornat dwar l-attività tal-minjieri.

Termini għal ksib ta' kopji ta' dokumentazzjoni dwar l-għażla ta' depożitu protett u dwar id-deżinjazzjoni ta' żona ta' estrazzjoni: il-kopji jistgħu jinkisbu skont l-Att Nru 211/2000 dwar l-aċċess għal informazzjoni u li jemenda ċerti atti oħra (L-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni), kif emendat fl-Uffiċċju Distrettwali tal-Minjieri ta' Bratislava.

Rekwiżiti għall-kontenut tal-proposti għat-trasferiment taż-żona ta' estrazzjoni: Informazzjoni dwar iż-żona ta' estrazzjoni u dwar id-depożitu esklussiv, il-metodu ta' estrazzjoni propost u metodu tal-iżvilupp, preparazzjoni, tibdil u irfinar, dati preliminari għall-iżvilupp, xogħol ta' preparazzjoni u estrazzjoni, miżuri biex jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-attivitajiet fiż-żona ta' estrazzjoni, il-kapaċitajiet finanzjarji tal-entità li qed tipproponi, kapaċitajiet tekniċi tal-entità li qed tipproponi, informazzjoni dwar ir-riżoluzzjoni tal-kunflitti ta' interess u kalkolu tal-benefiċċji mistennija fir-Repubblika tas-Slovakkja mill-użu tad-depożiti minerali, li joħorġu mill-bejgħ mistenni tal-minerali estratti mid-depożitu esklussiv fiż-żona tal-estrazzjoni kkonċernata fil-proposta.

Kriterji ta' Evalwazzjoni tal-proposti: il-proposti għat-trasferiment taż-żona ta' estrazzjoni għandhom jiġu evalwati minn bord abbażi tal-konformità mar-rekwiżiti elenkati fit-termini tal-parteċipazzjoni fil-proċedura ta' selezzjoni, il-metodu ta' estrazzjoni propost, li jinkludi is-siti fejn se jkunu l-landfills, miżbliet, għadajjar ta' residwi u faċiltajiet oħra tal-ħżin, ir-riżoluzzjoni tal-kunflitti ta' interess u konfromita' mar-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati mill-kontenut tal-proposti għat-trasferiment taż-żona ta' estrazzjoni. Kull kriterju għandu l-istess importanza.

Il-proposti għat-trasferiment ta' żona ta' estrazzjoni jistgħu jitwasslu personalment jew bil-posta għand: Obvodný banský úrad v Bratislave, Prievozská 30, SK-821 05 Bratislava, f''envelop issiġillat u mmarkat “Návrh do výberového konania” (Proposta għal proċedura ta' selezzjoni) u li jindika l-isem tal-entità li qed tressaq il-proposta. Mal-proposta irid ikun hemm dikjarazzjoni li l-entità li qed tipproponi taqbel mat-termini ta' dan l-avviż. Id-data tal-proposta tkun id-data tal-konsenja personali jew id-data meta tkun intbagħtet.

Il-Proposti jridu jaslu sa mhux iktar tard minn 90 ġurnata mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Tittieħed deċiżjoni dwar il-proposti li jaslu sa mhux iktar tard minn 12-il xahar wara li jkun għalaq dan iż-żmien.

L-Uffiċċju Distrettwali tal-Minjieri ta' Bratislava huwa l-awtorità kompetenti responsabbli għall-awtorizzazzjoni għall-isfruttar tad-depożiti fiż-żoni msemmija hawn fuq. Il-kriterji, kundizzjonijiet u rekwiżiti speċifikati fl-Artikoli 5(1) u (2) u 6(2) tad-Direttiva huma stipulati fl-Att Nru 51/1988 tal-Kunsill Nazzjonali tas-Slovakkja dwar l-attivitajiet fil-minjieri, splussivi u l-Amministrazzjoni tal-Minjieri tal-Istat, kif emendat bl-Att Nru 499/1991 tal-Kunsill Nazzjoni tas-Slovakkja, l-Att Nru 154/1995 tal-Kunsill Nazzjonali tas-Slovakkja, l-Att Nru 58/1998, l-Att Nru 533/2004 u l-Att Nru 577/2007.

Iktar tagħrif jista' jinkiseb ukoll bit-telefown fuq in-numru li ġej: +421 53417309 jew bil-posta elettronika lil: obuba@obuba.sk