|
15.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 111/10 |
MEDIA 2007
Sejħa għall-Proposti – EACEA/02/2009
Appoġġ għal Video on Demand u Distribuzzjoni Ċinematografika Diġitali
2009/C 111/07
1. Għanijiet u Deskrizzjoni
Dan l-avviż għal sejħa għall-proposti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta' programm ta' appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007).
Waħda mill-miżuri li trid tiġi implimentata taħt din id-Deċiżjoni hija li jkun hemm appoġġ għal Video on Demand u Distribuzzjoni Ċinematografika Diġitali.
L-iskema tal-Video on Demand u Distribuzzjoni Ċinematografika Diġitali ssawwar waħda mill-metodi li bih il-programm MEDIA 2007 jassigura li l-aħħar teknoloġiji u tendenzi jkunu inkorporati fil-prattiċi tan-negozju tal-benefiċjarji tal-programm.
L-għan ewlieni ta’ din l-iskema huwa li tkun ta’ appoġġ għall-ħolqien u l-isfruttar ta’ katalgi ta’ xogħlijiet Ewropej li jitqassmu diġitalment madwar il-fruntieri lil udjenza usa’ u/jew fiċ-ċinema permezz ta’ servizzi għad-distribuzzjoni avvanzata, bl-integrazzjoni fejn huwa meħtieġ ta’ sistemi ta’ sigurtà diġitali sabiex jiġi protett il-kontenut onlajn.
2. Applikanti eliġibbli
Dan l-avviż huwa mmirat lill-kumpaniji Ewropej li l-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu għall-għanijiet imsemmija hawn fuq.
L-applikanti għandhom ikollhom is-sede tagħhom f'wieħed minn dawn il-pajjiżi:
|
— |
is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea |
|
— |
il-pajjżi tal-EFTA |
|
— |
l-Iżvizzera |
|
— |
il-Kroazja |
3. Attivitajiet eliġibbli
L-azzjonijiet li ġejjin huma eliġibbli skont din is-sejħa għall-proposti:
|
(1) |
Video on Demand (VoD): Servizz li jippermetti lil individwi li jagħżlu xogħlijiet awdjoviżivi minn server ċentrali biex jarawhom fuq skrin remot billi jistrimjawhom (streaming) u/jew iniżżluhom |
|
(2) |
Distribuzzjoni Ċinematografika Diġitali (DCD): Konsenja diġitali (fi standard kummerċjali aċċettabbli) ta' “Kontenut Prinċipali” (“Core Content”), jiġifieri feature films, films televiżivi jew sensiliet televiżivi (finzjoni, animazzjoni u dokumentarji) lil stabbilimenti ċinematografiċi għal użu kummerċjali (permezz ta' ħard disk, satellita, onlajn...) |
It-tul massimu tal-azzjonijiet huwa ta' 18-il xahar.
L-azzjonijiet iridu jibdew bejn ta' l-15 ta' Lulju 2009 u ta' l-1 ta' Jannar 2010 u jridu jintemmu fil-31 ta' Diċembru 2010.
4. Kriterji tal-Għoti
Kull azzjoni eliġibbli sottomessa ser tkun valutata fid-dawl tal-kriterji li ġejjin:
|
— |
il-katalgu u l-linja editorjali (10 %) |
|
— |
id-dimensjoni Ewropea tal-katalgu (30 %) |
|
— |
il-kwalità u l-prezz vis-a-vis l-effikaċja tal-Mudell ta’ Negozju sottomess (30 %) |
|
— |
l-aspetti innovattivi tal-azzjoni (10 %) |
|
— |
id-dimensjoni tal-iggruppar u n-netwerking (10 %) |
|
— |
l-udjenza fiċ-ċentru tal-proġett u l-impatt potenzjali (10 %) |
5. Baġit
Il-baġit totali disponibbli huwa EUR 8 miljuni.
Ma hemm ebda ammont massimu.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja tieħu l-forma ta' għotja. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija ma għandha qatt taqbeż il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli.
L-Aġenzija żżomm id-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli.
6. Skadenza għall-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet
L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-Aġenzija Eżekuttiva (EACEA) sa mhux aktar tard mill-15 ta' Lulju 2009.
L-applikazzjonijiet ippreżentati fuq il-formola ta’ applikazzjoni uffiċjali, iffirmati mill-persuna awtorizzata biex tidħol f’impenji li legalment jorbtu f’isem l-organizzazzjoni li qed tapplika biss ikunu aċċettati. Fuq l-inviloppi importanti li tissemma’:
MEDIA 2007 – Video on Demand and Digital Cinema Distribution – EACEA/02/2009
L-applikazzjonijiet li jintbagħtu bil-fax jew bl-email jiġu rifjutati.
7. Dettalji kollha
Il-linji gwida dettaljati, flimkien mal-formoli ta’ applikazzjoni, qegħdin fl-indirizz li ġej:
http://ec.europa.eu/information_society/media/newtech/vod_dcc/index_en.htm
L-applikazzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha tal-linji gwida u għandhom jiġu ppreżentati fuq il-formoli pprovduti.