6.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 104/10 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5496 – Vattenfall/Nuon)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/C 104/06
1. |
Fit-28 ta' April 2009 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża AB Vattenfall (“Vattenfall”, l-Iżvezja) proprjetà sħiħa tal-Istat Svediż takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll sħiħ tal-impriża N.V. Nuon Energy (li qabel kienet n.v. Nuon PBL Holding-“Nuon Energy”, l-Olanda) li attwalment hi kontrollata mill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Olanda permezz ta’ xiri ta' ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżaminazzjoni preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni nnotifikata tista′ taqa′ fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jippreżentaw il-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 2 2964301 jew 2967244) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5496 – Vattenfall/Nuon, fl-indirizz li ġej:
|