6.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 104/9 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5507 – Q-Cells/Good Energies/Norsun/Sunfilm)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/C 104/05
1. |
Fis-27 ta' April 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Q-Cells SE (“Q-Cells”, il-Ġermanja), Good Energies Investments 2 B.V. (“Good Energies”, l-Olanda, ikkontrollata minn COFRA Holding AG, “COFRA”, l-Iżvizzera) u NorSun AS (“NorSun”, in-Norveġja) akkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll konġunt ta' Sunfilm AG (“Sunfilm”, il-Ġermanja) permezz tax-xiri ta' ishma u assi. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżaminazzjoni preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 2 2964301 jew 2967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5507 – Q-Cells/Good Energies/Norsun/Sunfilm, fl-indirizz li ġej:
|