30.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 99/15


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5417 – Mubadala/General Electric/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 99/13

1.

Fit-23 ta' April 2009, il-Kummissjoni rċiviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont it-tifsira tal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li bih l-intrapriża General Electric Company (“GE”, Stati Uniti ta' l-Amerika) u Mubadala Development Company PJSC (“Mubadala”, L-Emirati ta' Abu Dhabi, UAE) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll konġunt ta' negozju bi sħab b'funzjoni sħiħa (“JV”, L-Emirati ta' Abu Dhabi, UAE), permezz ta' akkwist ta' ishma f'kumpanija ffurmata ġdida li tikkostitwixxi negozju bi sħab.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal GE: teknoloġija diversifikata u servizzi;

għal Mubadala: investimenti prinċipali diretti;

għal JV: negozju fil-qasam tas-servizzi finanzjarji globali u l-oriġini, l-akkwist, u l-immaniġġjar ta' assi finanzjarji kummerċjali

3.

Wara eżaminazzjoni preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni nnotifikata tista' taqa′ fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/ M.5417 – Mubadala/General Electric/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Brussell

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU Ċ 56, 5.3.2005, p 32.