29.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/16


Sejħa għall-proposti EACEA/07/09

Fl-Ambitu Tal-Programm Tat-Tagħlim Tul Il-Ħajja

Sostenn għall-kooperazzjoni Ewropea fl-Edukazjoni u t-Taħriġ

2009/C 98/09

Parti A - Sensibilizzazzjoni nazzjonali tal-istrateġiji tat-tagħlim tul il-ħajja u l-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ

Parti B - Sostenn għall-kooperazzjoni transnazzjonali fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali u reġjonali tat-tagħlim tul il-ħajja

1.   GĦANIJIET U DESKRIZZJONI

L-għanijiet tas-sejħa għall-proposti huma dawn li ġejjin:

sostenn għall-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni u l-istabbiliment ta’ fora u attivitajiet oħra li se jikkontribwixxu għal koerenza u koordinament aħjar fl-istabbiliment u fl-implimentazzjoni ta’ strateġiji nazzjonali tat-tagħlim tul il-ħajja koerenti u komprensivi;

sostenn għall-kooperazzjoni transnazzjonali fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta’ strateġiji nazzjonali ta’ tagħlim tul il-ħajja koerenti u komprensivi, fuq skala nazzjonali u reġjonali, li jkopru t-tipi u l-livelli kollha ta’ tagħlim;

sostenn għall-identifikazzjoni tal-fatturi kritiċi prinċipali li jinfluwenzaw l-applikazzjoni korretta ta’ strateġiji nazzjonali ta’ tagħlim tul il-ħajja;

skambju ta’ esperjenzi u prattiki tajba u, b’mod konġunt, sperimentazzjoni, ittestjar u trasferiment ta’ innovazzjonijiet relatati mal-iżvilupp u mal-implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ tagħlim tul il-ħajja;

garanzija ta’ impenn, koordinament u sħubija istituzzjonali qawwijin mal-partijiet interessati kollha;

implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ tagħlim tul il-ħajja sabiex tinkiseb effiċjenza u ekwità.

2.   APPLIKANTI ELIĠIBBLI

Parti A –   Sensibilizzazzjoni nazzjonali tal-istrateġiji tat-tagħlim tul il-ħajja u l-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ

L-applikazzjonijiet għall-finanzjamenti jistgħu jsiru minn benefiċjarju potenzjali jew minn sħubija komposta minn diversi benefiċjarji indikati hawn taħt.

Il-benefiċjarji jistgħu jkunu ministeri nazzjonali responsabbli mill-edukazzjoni u t-taħriġ, korpi pubbliċi oħra jew organizzazzjonijiet ta’ partijiet interessati - bħalma huma assoċjazzjonijiet reġjonali, nazzjonali jew Ewropej jew entitajiet privati oħra - attivi fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja (edukazzjoni preskolastika, skejjel, edukazzjoni u taħriġ professjonali (ETP), edukazzjoni ogħla u tagħlim għall-adulti).

Parti B –   Sostenn għall-kooperazzjoni transnazzjonali fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali u reġjonali tat-tagħlim tul il-ħajja

L-applikazzjonijiet għall-finanzjamenti jistgħu jsiru esklussivament minn sħubiji komposti minn organizzazzjonijiet li fihom jipparteċipaw tal-anqas tliet pajjiżi eliġibbli differenti.

Il-benefiċjarji jistgħu jkunu ministeri nazzjonali responsabbli mill-edukazzjoni u t-taħriġ, korpi pubbliċi oħra jew organizzazzjonijiet ta’ partijiet interessati - bħalma huma assoċjazzjonijiet jew entitajiet privati oħra - attivi fuq livell Ewropew jew nazzjonali fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja (edukazzjoni preskolastika, skejjel, edukazzjoni u taħriġ professjonali (ETP), edukazzjoni ogħla u tagħlim għall-adulti).

L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi mill-organizzazzjonijiet (fosthom anki mill-organizzazzjonijiet imsieħba) stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

is-27 Stat Membru tal-UE

it-tliet pajjiżi tal-EFTA-ŻEE (l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja)

it-Turkija.

Tal-inqas pajjiż wieħed mis-sħubija għandu jkun Stat Membru tal-UE (tapplika biss għall-Parti B ta’ din l-applikazzjoni).

3.   ATTIVITAJIET ELIĠIBBLI

Parti A –   Sensibilizzazzjoni nazzjonali tal-istrateġiji tat-tagħlim tul il-ħajja u l-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ

Fost l-attivitajiet li għandhom jiġu ffinanzjati fl-ambitu ta’ din is-sejħa hemm:

attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni għas-sostenn ta’ dibattiti nazzjonali u djalogu marbut mal-istabbiliment u mal-implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ tagħlim tul il-ħajja (pereżempju konferenzi, seminars jew workshops nazzjonali jew reġjonali);

l-istabbiliment ta’ fora u attivitajiet oħra li se jikkontribwixxu għal koerenza u koordinament aħjar fil-proċess tal-istabbiliment u tal-implimentazzjoni ta’ strateġiji nazzjonali tat-tagħlim tul il-ħajja koerenti u komprensivi;

tixrid tal-istrumenti jew materjal ta’ referenza eżistenti (eż. attivitajiet ta’ informazzjoni, fosthom kampanji fil-midja, avvenimenti informattivi, eċċ.);

azzjoni ta’ segwitu marbuta mal-programmi nazzjonali eżistenti bil-għan li jiġi stabbilit u implimentat Metodu Miftuħ ta’ Koordinament fuq livell nazzjonali fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

Parti B -   Sostenn għall-kooperazzjoni transnazzjonali fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali u reġjonali tat-tagħlim tul il-ħajja

Fost l-attivitajiet li għandhom jiġu ffinanzjati fl-ambitu ta’ din is-sejħa hemm:

proġetti ta’ kooperazzjoni;

studji, analiżi;

żvilupp, ittestjar u trasferiment ta’ prattiki innovattivi;

konferenzi, seminars;

azzjonijiet li jimmiraw għall-ħolqien u l-iżvilupp ta’ netwerks fuq livell reġjonali, nazzjonali u Ewropew.

L-attivitajiet għandhom jibdew bejn l-1 ta’ Jannar 2010 u l-31 ta’ Marzu 2010. It-tul ta’ żmien massimu tal-proġett huwa 12-il xahar.

4.   KRITERJI GĦALL-GĦOTI

L-applikazzjonijiet/il-proġetti eliġibbli se jiġu vvalutati fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

Parti A –   Sensibilizzazzjoni nazzjonali tal-istrateġiji tat-tagħlim tul il-ħajja u l-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ

Rilevanza

Kwalità tal-programm ta’ ħidma

Impatt

Kwalità tal-pjan ta’ valorizzazzjoni

Baġit

Parti B –   Sostenn għall-kooperazzjoni transnazzjonali fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali u reġjonali tat-tagħlim tul il-ħajja

Rilevanza

Kwalità tal-programm ta’ ħidma

Kwalità tal-metodoloġija

Impatt

Baġit

Il-kriterji kollha għandhom l-istess piż.

5.   BAĠIT

Il-baġit totali riservat għall-kofinanzjament tal-proġetti jammonta għal EUR 2,787 miljun.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità ma tistax taqbeż il-75 % tal-ispejjeż totali eliġibbli.

L-għotja massima għal kull proġett se tammonta għal EUR 120 000 għall-Parti A u EUR 200 000 għall-Parti B.

L-Aġenzija żżomm id-dritt li ma tqassamx is-somma kollha tal-fondi għad-dispożizzjoni.

6.   SKADENZA GĦAS-SOTTOMISSJONI

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu, bid-data bħal tat-timbru postali, lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura, sa mhux iktar tard mill-14 Awwissu 2009 lil dan l-indirizz:

Education, Audiovisual & Culture Executive Agency

Life Long Learning Programme, Key Activity 1

Call for Proposals EACEA/07/09 Part A or Part B

Avenue du Bourget, No 1 (BOU2 2/145)

BE-1140 Brussell

Se jkunu aċċettati esklussivament dawk il-proposti kompluti ppreżentati elettronikament permezz tal-formola ta’ applikazzjoni uffiċjali u ffirmata fuq l-oriġinal mill-persuna awtorizzata li tidħol f’impenji li jorbtu ġuridikament f’isem l-organizzazzjoni applikanti.

L-applikazzjonijiet li jintbagħtu b’fax jew permezz tal-posta elettronika mhumiex se jkunu aċċettati.

7.   AKTAR TAGĦRIF

Il-linji gwida fid-dettall tas-Sejħa għall-Proposti kif ukoll il-formola ta’ applikazzjoni huma disponibbli f’dan is-sit elettroniku:

http://eacea.ec.europa.eu/llp/funding/2009/index_en.htm

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi permezz tal-formola apposta u jkun fihom l-annessi u l-informazzjoni kollha meħtieġa.