24.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 95/2 |
AVVIŻ TA' KONKORS ĠENERALI: UFFIĊJAL TAL-KONTIJIET
REFERENZA: EF/TA/08/07
(2009/C 95 A/02)
Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol (Eurofound), b'sede f'Dublin, l-Irlanda, qiegħda tfittex biex timpjega uffiċjal tal-kontijiet (M/F).
L-uffiċjal tal-kontijiet, li jirrapporta lill-Kap tal-Amministrazzjoni, huwa responsabbli għall-implimentazzjoni korretta tal-pagamenti u għall-ġbir tad-dħul kif ukoll għall-preparazzjoni, il-preżentazzjoni u ż-żamma ta' kontijiet skont ir-Regolament Finanzjarju tal-Eurofound. Barra minn hekk, l-uffiċjal tal-kontijiet għandu jistabbilixxi r-regoli u l-metodi tal-kontabilità u l-pjan tal-kontijiet. Min ikun f'din il-kariga huwa responsabbli għall-ġestjoni tat-teżor u għandu rwol sinifikanti fil-governanza korretta tal-Eurofound.
Dan il-konkors huwa miftuħ għal kandidati li:
— |
huma ċittadini ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea; |
— |
huma intitolati għal drittijiet sħaħ bħala ċittadin; |
— |
ikunu issodisfaw l-obbligi kollha imposti mil-leġiżlazzjoni dwar is-servizz militari; |
— |
ikunu kapaċi juru referenzi dwar il-personalità rigward l-idoneità fil-qadi tad- dmirijiet speċifikati; |
— |
ikollhom għarfien tajjeb ħafna ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għarfien sodisfaċenti ta' lingwa oħra tal-Unjoni, inkluż għarfien eċċellenti tal-Ingliż li huwa l-lingwa prinċipali tal-Fondazzjoni. Għarfien tajjeb tal-Franċiż huwa kkunsidrat bħala vantaġġ; |
— |
ikunu temmew b'suċċess livell avvanzat ta' edukazzjoni sekondarja; |
— |
ikollhom kwalifika professjonali rilevanti; |
— |
ikollhom tal-anqas 6 snin esperjenza li minnhom minimu ta' 3 snin esperjenza fil-qasam tal-kontabilità. |
Il-kandidat li jintgħażel se jiġi rreklutat fil-Grupp ta' Funzjoni AST, Grad 4, bħala aġent temporanju b'kuntratt ta' tul ta' żmien indefinit.
Dettalji sħaħ tal-kariga kif ukoll l-applikazzjoni u l-proċeduri ta' selezzjoni jistgħu jitniżżlu mill-paġna tal-postijiet battala tas-sit elettroniku tal-Eurofound: www.eurofound.europa.eu/about/vacancies/. Il-kandidati għandhom jaqraw bir-reqqa l-avviż tal-post battal peress li applikazzjonijiet inkompluti ser jiġu eliminati.
L-applikazzjonijiet kollha għandhom jiġu sottomessi fuq formola ta' applikazzjoni uffiċjali li tista' titniżżel mis-sit elettroniku.
Data ta' skadenza għall-applikazzjonijiet: l-24 ta' Mejju 2009.