24.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 95/14 |
Sejħa għal turija ta’ interess għal esperti esterni sabiex jiġi stabbilit grupp ta’ ħidma ta’ esperti xjentifiċi tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (Parma, Italy)
2009/C 95/06
L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (European Food Safety Authority - EFSA) hija l-qafas ewlieni għall-evalwazzjoni tar-riskji tal-Unjoni Ewropea (UE) fir-rigward tas-sigurtà tal-ikel u l-għalf. B’kollaborazzjoni mill-qrib ma’ awtoritajiet nazzjonali u b’konsultazzjoni miftuħa mal-partijiet interessati tagħha, l-EFSA tipprovdi pariri xjentifiċi indipendenti u komunikazzjoni dwar riskji eżistenti u emerġenti.
L-Awtorità stabbilixxiet proċedura ta’ għażla li għandha l-għan li tfassal lista ta’ riżerva ta’:
ESPERTI ESTERNI BIEX JIĠU KKUNSIDRATI GĦAS-SĦUBIJA TA’ GRUPP TA’ ĦIDMA TA’ ESPERTI XJENTIFIĊI BIEX JIRREVEDU B’MOD ESTERN IL-KWALITÀ TAL-PRODUZZJONI XJENTIFIKA TAL-AWTORITÀ EWROPEA GĦAS-SIGURTÀ FL-IKEL
Ref.: EFSA/E/2009/001
L-Awtorità għandha l-intenzjoni li jkollha grupp ta’ ħidma xjentifiku sabiex jevalwa l-kwalità tal-produzzjoni xjentifika (1) fl-oqsma koperti mid-Direttorati Xjentifiċi u t-Taqsima tal-Kumitat Xjentifiku u l-Forum ta’ Konsulenza tal-EFSA.
L-esperti xjentifiċi esterni huma mistiedna jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom sabiex jiġu kkunsidrati għas-sħubija fil-grupp ta’ ħidma msemmi hawn fuq.
L-AWTORITÀ EWROPEA GĦAS-SIGURTÀ FL-IKEL
L-EFSA hija l-bażi tas-sistema tal-evalwazzjoni tar-riskji għas-sigurtà tal-ikel u l-għalf tal-UE; il-parir xjentifiku tagħha dwar ir-riskji eżistenti u emerġenti jipprovdi l-bażi tal-politiki u tad-deċiżjonijiet tal-maniġers tar-riskji fl-Istituzzjonijiet Ewropej u fl-Istati Membri tal-UE. L-irwol l-aktar importanti tal-Awtorità huwa li jipprovdi parir xjentifiku trasparenti u indipendenti u komunikazzjoni ċara bbażata fuq l-aktar metodoloġiji xjentifiċi u l-aktar dejta aġġornata disponibbli.
L-EFSA tlaqqa’ flimkien l-aqwa xjenzati Ewropej fl-evalwazzjoni tar-riskji fil-qasam tas-sigurtà fl-ikel u fl-għalf. Dawn jaġixxu f’kapaċità indipendenti għall-Awtorità - organizzazzjoni awtonoma u rregolata minnha stess li tipprovdi lill-Istituzzjonijiet Ewropej u lill-Istati Membri b’parir xjentifiku tal-għola livell.
L-Awtorità timxi skont standards ewlenin ta’ eċċellenza xjentifika, ftuħ, trasparenza, indipendenza u reattività. Billi taħdem b’mod indipendenti, miftuħ u trasparenti l-EFSA tagħti l-aħjar parir xjentifiku possibbli u għalhekk tikkontribwixxi biex tissaħħaħ is-sistema Ewropea għas-sigurtà tal-ikel u l-għalf.
Deskrizzjoni dettaljata tal-Panils Xjentifiċi tal-EFSA kif ukoll il-fluss ta’ ħidma għal opinjonijiet xjentifiċi jistgħu jinstabu fuq is-sit elettroniku tal-EFSA.
Panils Xjentifiċi: http://www.efsa.europa.eu/EFSA/efsa_locale-1178620753812_ScientificPanels.htm
Fluss ta’ ħidma għal opinjonijiet xjentifiċi: http://www.efsa.europa.eu/EFSA/AboutEfsa/HowWeWork/efsa_locale-1178620753812_WorkflowForScientificOpinions.htm
Għal aktar tagħrif dwar ir-regoli interni tal-EFSA: http://www.efsa.europa.eu/EFSA/AboutEfsa/WhoWeAre/efsa_locale-1178620753812_managementdocuments.htm
L-irwol tal-evalwaturi esterni tar-riżultati xjentifiċi tal-EFSA
Wara l-proposta tal-Kumitat Xjentifiku ta’ sistema fi tliet partijiet sabiex tiġi riveduta l-kwalità tal-attivitajiet xjentifiċi tal-EFSA (2), fl-ewwel nofs tas-sena 2008 l-EFSA implimentat l-ewwel żewġ komponenti, l-awto-reviżjoni u r-reviżjoni interna. Bħalissa qiegħda fil-proċess li timplimenta t-tielet parti, ir-reviżjoni esterna.
Ir-reviżjoni esterna sejra tkopri evalwazzjoni ta’ kampjun ta’ riżultati xjentifiċi tal-EFSA li diġà ġew adottati u ppubblikati (3) sabiex jiġi evalwat jekk:
— |
Ġewx segwiti l-aħjar prattiċi ta’ evalwazzjoni fl-iżvilupp tal-pro-duzz-joni fir-rigward tal-ġbir, id-des-krizz-joni, l-evalwazzjoni u l-interpretazzjoni tad-dejta xjentifika; |
— |
Ġewx appoġġati l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet b’deskrizzjoni adegwata tar-raġunament li ntuża għall-interpretazzjoni tad-dejta xjentifika, bl-attenzjoni dovuta mogħtija għas-suppożizzjonijiet u l-inċertezzi; |
— |
Ġewx indirizzati b’mod adegwat it-termini ta’ referenza fil-konklużjonijiet. |
Sabiex jiġu żgurati l-affarijiet imsemmijin hawn fuq, ir-reviżuri esterni jirċievu kwestjonarju, wieħed simili għall-kwestjonarju li jintuża għar-reviżjoni interna, li għandu jimtela matul ir-reviżjoni tagħhom li jiffoka fuq:
— |
L-indirizzar tat-Termini ta’ Referenza; |
— |
L-ispeċifikazzjoni tal-objettivi; |
— |
Il-limiti bejn l-evalwazzjoni tar-riskji u l-ġestjoni tar-riskji; |
— |
Il-metodi ta’ analiżi statistiċi applikati u oħrajn; |
— |
Il-bilanċ bejn is-sejbiet maġġuri u dawk minuri; |
— |
L-indikazzjoni ta’ liema riċerka jew informazzjoni addizzjonali tista’ tkun meħtieġa; |
— |
Il-koerenza bejn il-konklużjonijiet u l-kontenut ewlieni tal-opinjoni/rapport; |
— |
It-turija u r-rapportar tal-opinjonijiet tal-minorità; |
— |
Il-koerenza bejn is-sommarju, il-kuntest tal-mistoqsija u l-kontenut tal-opinjoni; |
— |
Iċ-ċarezza tas-sommarju għall-maniġers tar-riskji. |
Sejrin jiġu stabbiliti Sottogruppi tar-Reviżjoni Esterna (External Review Sottogruppi - ERS) li jkunu magħmulin minn 3 esperti, jiġifieri Chairman u 2 Rapporteurs, fil-Grupp ta’ Ħidma għal kull wieħed mis-7 oqsma ta’ attività (4).
L-24 espert tal-ERS għandhom jiltaqgħu darba fil-bini tal-EFSA f’laqgħa plenarja. L-ERS imbagħad jirrevedu r-riżultati xjentifiċi barra mill-post u jerġgħu jiltaqgħu fil-bini tal-EFSA għal jumejn jew tlieta sabiex ifasslu u jiftehmu fuq l-evalwazzjoni, sabiex jipprovdu r-reazzjonijiet tagħhom dwar il-proċedura u x-xogħol li sar f’dan il-proċess. L-esperti jkunu sostnuti mit-Taqsima tal-Kumitat Xjentifiku u l-Forum ta’ Konsulenza.
L-evalwazzjoni esterna tal-oqsma ta’ attività kollha għandha tiġi ffinalizzata sal-aħħar ta’ Ottubru 2009.
Ir-rimborż
L-esperti esterni huma intitolati għal indennizz ta’ 300 Ewro għal kull jum sħiħ ta’ attendenza għal-laqgħat sabiex ipattu għal spejjeż oħra li jirriżultaw mill-kontribuzzjoni u l-parteċipazzjoni tagħhom fix-xogħol tas-Sottogrupp tar-Reviżjoni Esterna. Bħala kumpens għall-ispejjeż li jiġu mġarrba minħabba x-xogħol tat-tħejjija għal-laqgħat, iċ-Chairman ta’ kull Sottogrupp Sekondarju tar-Reviżjoni Esterna huwa intitolat għal indennizz addizzjonali ta’ kuljum għal kull laqgħa. Kull Rapporteur huwa intitolat għal indennizz ta’ 600 Ewro biex ikopri l-ispejjeż relatati mal-koordinazzjoni tax-xogħol ta’ tħejjija għall-abbozz tar-rapport ta’ evalwazzjoni.
L-ispejjeż tal-ivjaġġar u s-sussistenza mġarrba mill-esperti esterni f’konnessjoni ma’ laqgħat relatati mas-Sottogrupp tar-Reviżjoni Esterna jistgħu jiġu rimborżati bil-kundizzjonijiet previsti għar-rimborż tal-ispejjeż tal-ivjaġġar u s-sussistenza li jiġġarrbu mill-Membri jew mill-esperti esterni minħabba laqgħat relatati mal-Kumitat jew Panil Xjentifiku.
L-applikazzjoni
Sabiex wieħed ikun jista’ jiġi kkunsidrat għas-sħubija fil-grupp ta’ ħidma għar-reviżjoni tal-kwalità tal-prodotti xjentifiċi tal-EFSA, l-esperti huma mħeġġa jimlew l-applikazzjoni online u jipprovdu l-preferenzi tagħhom għal massimu ta’ 3 oqsma ta’ attività minn 7. Dawn l-oqsma jinkludu:
— |
Evalwazzjoni tar-riskji kimiċi u oqsma relatati (5) |
— |
Nutrizzjoni u ikel ġdid |
— |
Evalwazzjoni tar-riskji bijoloġiċi u ġabra tad-dejta taż-żoonożi |
— |
Is-saħħa u l-benesseri tal-annimali |
— |
Is-saħħa tal-Pjanti |
— |
Organiżmi Modifikati Ġenetikament |
— |
Il-metodoloġiji għall-evalwazzjoni tar-riskji u r-riskji emerġenti |
Ir-rekwiżiti
Sabiex wieħed ikun jista’ jiġi kkunsidrat għas-sħubija fil-grupp ta’ ħidma għar-reviżjoni tal-kwalità tal-prodotti xjentifiċi tal-EFSA, huma meħtieġa l-kwalifiki u l-esperjenzi professjonali li ġejjin (6):
A. |
Kriterji ta’ eliġibbiltà
|
B. |
Kriterji tal-għażla
|
Indipendenza u dikjarazzjonijiet ta’ impenn u ta’ interess
L-esperti esterni jinħatru fuq bażi personali. L-applikanti huma meħtieġa li jinkludu dikjarazzjoni li jwiegħdu li jaġixxu b’mod indipendenti minn kull influwenza barranija u dikjarazzjoni ta’ interess li tista’ tkun ta’ preġudizzju għall-indipendenza tagħhom.
Opportunitajiet Ugwali
L-EFSA toqgħod attenta ħafna li tapplika l-prinċipji ta’ trattament ugwali fil-proċeduri tagħha.
Id-Database tal-esperti esterni tal-EFSA
Jekk jogħġbok innota li l-applikazzjoni għall-inklużjoni fid-database tal-esperti esterni ssir permezz ta’ proċedura separata, ara
http://www.efsa.europa.eu/EFSA/AboutEfsa/WhoWeAre/efsa_locale-1178620753812_1178712806106.htm.
Il-kandidati li bħalissa huma nklużi fid-database tal-esperti mhumiex esklużi mill-parteċipazzjoni f’din is-sejħa sakemm ma jkunux ikkontribwew b’mod attiv għall-produzzjoni xjentifika tal-EFSA matul dawn l-aħħar sentejn.
Il-Ġestjoni tad-Dejta Personali fil-kuntest ta’ din is-Sejħa għal Turija ta’ Interess
L-informazzjoni personali kollha dwar il-kandidati tiġi pproċessata mill-EFSA skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-data.
Id-Direttur Eżekuttiv tal-EFSA huwa identifikat bħala l-kontrollur għall-ipproċessar ta’ dejta personali relatata mal-proċedura ta’ għażla bbażata fuq din is-Sejħa għal Turija ta’ Interess.
L-għan tal-ipproċessar huwa li jorganizza għażla ta’ evalwaturi għall-eżerċizzju tar-reviżjoni esterna tal-EFSA u d-dejta personali kollha għandha tiġi pproċessata għal dan il-għan biss.
Il-kandidati għandhom id-dritt li jaċċessaw id-dejta tagħhom u li jaġġornaw jew jikkoreġu d-dejta ta’ identifikazzjoni tagħhom. Min-naħa l-oħra, id-dejta li turi konformità mal-kriterji ta’ eliġibbiltà u l-kriterji ta’ għażla ma tistax tiġi aġġornata jew korretta wara d-data ta’ għeluq ta’ din is-Sejħa għal Turija ta’ Interess.
Il-kandidati huma intitolati li jirrikorru fi kwalunkwe mument għas-Sorveljatur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta.
Sottomissjoni tal-applikazzjonijiet
Il-kandidati huma ġentilment mitluba jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom b’mod elettroniku flimkien mad-Dikjarazzjoni ta’ Interess u li jimlew il-formola ta’ applikazzjoni bl-Ingliż sabiex jiffaċilitaw il-proċedura ta’ għażla.
Il-kandidati kollha li japplikaw għal din is-sejħa għal turija ta’ interess jiġu infurmati bil-posta dwar ir-riżultat tal-proċess ta’ għażla.
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju 2009 f’nofs il-lejl (Ħin lokali, GMT +1). Għal dawk mibgħuta permezz ta’ posta reġistrata, id-data tat-timbru tal-posta sservi ta’ prova.
(1) Il-produzzjoni xjentifika tal-EFSA tista’ tiġi kklassifikata f’żewġ kategoriji wiesgħin: (1) Opinjonijiet Xjentifiċi tal-Panil Xjentifiku/Kumitat Xjentifiku, jiġifieri Opinjoni, Dikjarazzjoni jew Gwida tal-Kumitat Xjentifiku/Panil Xjentifiku, u (2) Prodotti xjentifiċi oħra tal-EFSA, jiġifieri Dikjarazzjoni tal-EFSA, Gwida tal-EFSA, Konklużjoni dwar ir-Reviżjoni tal-Pestiċidi Bejn il-Pari, Opinjoni Raġunata jew Rapport Xjentifiku jew Tekniku.
(2) http://www.efsa.europa.eu/EFSA/efsa_locale-1178620753812_1178628825410.htm (3 ta’ Awwissu 2007)
(3) Jiġifieri 2 riżultati għal kull Unità li wieħed minnhom diġà jkun ġie rivedut internament, biż-żieda ta’ xi prodotti sensittivi oħrajn
(4) Evalwazzjoni tar-riskji kimiċi u rapporti f’oqsma relatati (li għandhom jitqassmu f’żewġ gruppi ta’ reviżjoni), Grupp 1: Nutrizzjoni u ikel ġdid, Evalwazzjoni tar-riskji bijoloġiċi u Ġabra tad-Dejta taż-żoonożi; Grupp 2: Is-Saħħa u l-Benesseri tal-Annimali, Is-Saħħa tal-Pjanti, GMO, Metodoloġiji għall-Evalwazzjoni tar-Riskji u r-riskji emerġenti.
(5) Ikopri ANS, CEF, CONTAM, DATEX, FEEDAP, PRAPER u PPR.
(6) L-EFSA żżomm id-dritt li tikkonsulta ma’ partijiet terzi dwar l-esperjenza professjonali tal-applikanti fil-kuntest tal-applikazzjoni tagħhom.