24.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 95/13 |
Sejħa għall-proposti fil-kuntest tal-programm ta' ħidma “Persuni” tal- 2009, tas-7 Programm Kwadru tal- KE għall-attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni
2009/C 95/05
B′dan qed tingħata notifika tat-tnedija tas-sejħiet għal proposti skond il-programmi ta' ħidma “Persuni” tal- 2009, tas-Seba′ Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta' Dimostraz-zjoni (mill-2007 sa l-2013).
Jintlaqgħu proposti għas-sejħiet li ġejjin. Id-dati ta' l-għeluq għas-sejħiet u l-baġits qegħdin imniżżlin fit-testi tas-sejħiet li jinsabu ppublikati fuq il-websajt tal-CORDIS.
Il-Programm Speċifiku “Persuni”:
Titlu tas-sejħa |
Identifikatur tas-sejħa |
Sħubiji u toroq industrija-akkademja |
FP7-PEOPLE-2009-IAPP |
Din is-sejħa għal proposti għandha x'jaqsmu mal-programm ta' ħidma tal- 2009 adottat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 4483, 22.8.2008.
L-informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħiet, il-programmi ta' ħidma u l-linji gwida għall-applikanti dwar kif għandhom jissottomettu l-proposti, tinsab disponibbli fuq il-websajt tal-CORDIS: http://cordis.europa.eu/ fp7/calls/