9.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 4/3


Pubblikazzjoni skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu

(2009/C 4/04)

GLITNIR BANKI HF

Fl-24 ta' Novembru 2008, skont ordni tal-Qorti Distrettwali ta' Rejkjavik, kien awtorizzat moratorium tal-pagamenti fir-rigward ta' Glitnir Banki hf. (“Glitnir”) skond l-Artikolu 100a tal-Att Nru 161/2002 dwar l-Impriżi Finanzjarji, wara li Glitnir issodisfa lill-qorti dwar il-kawżi tad-diffikultajiet finanzjarji tiegħu, x'konsegwenzi jġibu magħhom, kif biħsiebu jirriorganizza l-finanzi tiegħu u li jissodisfa l-kundizzjonijiet għal moratorium tal-pagamenti. L-Avukat tal-Qorti Suprema Steinunn Grudbjarsdóttir inħatar biex jassisti lil Glitnir b'rabta ma' dan. L-effett tal-ordni huwa li ma jistgħux jitnfetħu proċedimenti legali kontra Glitnir waqt li jkun fil-moratorium tal-pagamenti sakemm dan ma jkunx espliċitament permess bil-liġi jew inkella l-azzjoni tikkostitwixxi proċedimenti kriminali li jinvolvu talbiet għal penalitajiet.

L-awtorizzazzjoni fir-rigward tal-moratorium iddum b'effett sas-13:30 tat-13 ta' Frar 2009 meta l-Qorti Distrettwali ta' Rejkjavik sejra terġa' tindirizza l-kwistjoni fil-Pjazza Laekjatorg, Rejkjavik, l-Iżlanda. Il-kredituri ta' Glitnir għandhom id-dritt jagħmlu rappreżentazzjonijiet f'dan is-smigħ.