16.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 320/14


Avviż ta' Reklutaġġ PE/115/S

(2008/C 320/06)

Il-Parlament qed jorganizza proċedura ta' għażla:

PE/115/S — Aġent Temporanju — Amministratur (AD12) — Amministratur għall-istudji baġitarji

Din il-proċedura tal-għażla tirrikjedi livell ta' edukazzjoni ekwivalenti għal ċiklu komplet ta' studji universitarji ċċertifikat b'diploma.

Il-kandidati, fid-data ta' skadenza għat-tressiq tal-kandidaturi u wara t-titoli msemmija hawn fuq, għandu jkollhom esperjenza minima ta' ħmistax-il sena f'settur li għandu x'jaqsam man-natura tal-funzjonijiet.

Dan l-avviż ta' reklutaġġ huwa ppubblikat biss bl-Ingliż u bil-Franċiż. It-test integrali jinsab fil-Ġurnal Uffiċjali C 320 A f'dawn iż-żewġ lingwi.