27.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 304/20


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5401 — REWE/Coop Switzerland/transGourmet Holding SE)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 304/10)

1.

Fit-18 ta' Novembru 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi REWE group (“REWE”, il-Ġermanja) u Coop eG (“Coop”, l-Iżvizzera) jiksbu fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll konġunt tal-impriża transGourmet Holding SE (“transGourmet”, il-Ġermanja) permezz tax-xiri ta' ishma fil-kumpanija l-ġdida li tikkostitwixxi intrapriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal REWE: il-bejgħ bl-ingrossa u l-bejgħ bl-imnut tal-prodotti għall-konsum ta' kuljum u tal-industrija tat-turiżmu,

għal Coop: il-bejgħ bl-ingrossa u l-bejgħ bl-imnut tal-prodotti għall-konsum,

għal transGourmet: il-bejgħ bl-ingrossa tal-prodotti għall-kunsum.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija rriżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5401 — REWE/Coop Switzerland/transGourmet Holding SE, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.