8.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 284/3


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5372 — Société Générale/la Caixa/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 284/03)

1.

Fil-31 ta' Ottubru 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifikazzjoni ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Société Générale (“Société Générale”, Franza), li taġixxi permezz tal-affiljat tagħha Boursorama SA (“Boursorama”, Franza) u Caixa d'Estalvis I Pensions de Barcelona “la Caixa” (“la Caixa”), akkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll konġunt ta' impriża konġunta (“the JV”, Spanja), permezz ta' xiri ta' ishma f'kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet tan-negozju tal-impriżi kkonċernati huma:

għas-Société Générale: grupp kbir ta' servizzi finanzjarji, li jopera fi 82 pajjiż,

għal Boursorama: servizzi bankarji u ta' senserija ġenerali online fi Franza, il-Ġermanja, l-Ingilterra u Spanja,

għal la Caixa: bank kbir ġenerali u ta' tfaddil fi Spanja,

għal JV: forniment ta' servizzi bankarji online fi Spanja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija rriżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

L-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5372 — Société Générale/ la Caixa/JV, f'dan l-indirizz:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.