6.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 282/s3


AVVIŻ

Fis-6 ta' Novembru 2008, fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea C 282 A, se jiġi ppubblikat il-“Katalgu komuni ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli — Is-seba' suppliment għas-26 edizzjoni kompluta”.

L-abbonati tal-Ġurnal Uffiċjali jistgħu jiksbu l-istess numru ta' kopji u verżjonijiet lingwistiċi ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali bħal dawk li jiksbu mingħajr ħlas. L-abbonati huma mitluba jirritornaw il-formola mehmuża hawnhekk, mimlija u bin-numru sħiħ ta' l-abbonament tagħhom (il-kodiċi jidher fuq ix-xellug ta' kull tikketta u jibda: O/…). Dan il-Ġurnal Uffiċjali se jibqa' disponibbli mingħajr ħlas għal sena mid-data ta' meta jiġi ppubblikat.

Non-abbonati jistgħu jordnaw dan il-Ġurnal Uffiċjali bi ħlas f'wieħed mill-uffiċini ta' bejgħ tagħna (ara http://publications.europa.eu/others/agents/index_mt.htm).

Dan il-Ġurnal Uffiċjali — bħall-Ġurnali Uffiċjali kollha (L, C, CA, CE) — jista' jiġi kkonsultat mingħajr ħlas online fuq http://eur-lex.europa.eu

Image