28.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 273/27


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5307 — Accueil Partenaires/CDC/RVHS 1 % Logement/SGRHVS)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 273/11)

1.

Fis-16 ta' Ottubru 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Accueil Partenaires, (“Accueil Partenaires”, Franza), li tappartjenti lill-grupp ACCOR (“Accor”, France), u Caisse des Dépôts et Consignations (“CDC”, Franza) u RHVS 1 % Logements (“RHVS”, Franza) li huma kkontrollati minn numru ta' kumitati interprofessjonali fi Franza, jiksbu kontroll konġunt, skont it-tifsira ta' Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, fuq l-impriżi SGRHVS (“SGRHVS” Franza) permezz tax-xiri ta' ishma f'kumpanija ġdida li tikkostitwixxi proġett konġunt.

2.

L-attivitajiet tan-negozju tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Accueil Partenaires: ġestjoni u funzjonament ta' akkomodazzjonijiet temporanji, servizzi tal-lukandi u servizzi relatati,

għal CDC: kumpanija ta' interess pubbliku ġenerali, assigurazzjonijiet, bejgħ ta' propjetà, investiment kapitali u servizzi għall-pubbliku u persuni privati,

għal RHVS: il-ġestjoni tal-isforzi tal-impjegati fil-bini tad-djar,

għal SGRHVS: fornitura ta' akkomodazzjonijiet temporanji lill-nies bi dħul modest.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni avżata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija rriżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5307 — Accueil Partenaires/CDC/RVHS 1 % Logement/SGRHVS, f'dan l-indirizz:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.