25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 271/7


MINUTI TAS-SEDUTA TAL-ERBGĦA, 19 TA' MARZU 2008

(2008/C 271/03)

(Is-seduta nfetħet fid-9.08)

IPPRESEDA: Is-Sur RASMUSSEN

Kopresident

1.   Stqarrija mill-Kopresident

Il-kopresident ħabbar bidliet għall-aġenda għall-Erbgħa, 19 ta' Marzu. Il-punt fuq ir-rapport mill-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi kien se jiġi ttrattat bħala l-ewwel punt.

2.   Rapport mis-Sur Bornito De Sousa (Angola) u s-Sur Filip Kaczmarek

Is-Sur De Sousa (Angola) u s-Sur Kaczmarek introduċew ir-rapport.

Kelliema: Gahler, Leinen, Assarid (Mali), Zimmer, Wieland u Yañez-Barnuevo.

Is-Sur Manservisi (Kummissjoni Ewropea) wieġeb għall-mistoqsijiet.

Is-Sur Kaczmarek u s-Sur De Sousa (Angola) ikkonkludew id-dibattitu.

3.   Approvazzjoni tal-minuti tal-laqgħa tat-Tlieta filgħodu, 18 ta' Marzu 2008

Il-minuti ġew approvati.

4.   Rapport tal-imsieħba ekonomiċi u soċjali: Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika: liema prospetti għall-futur u liema rwol għas-soċjetà ċivili?

Is-Sur Dantin, Chairman tal-Kumitat ta' Segwitu ACP-UE introduċa l-abbozz ta' Rapport “Il-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika: liema prospetti għall-futur u liema rwol għas-soċjetà ċivili?”

Kelliema: Dalrymple-Philibert (Ġamajka), William (Seychelles), Sithole (Możambik), Seck (Senegal), Borrell Fontelles, Jouye de Grandmaison u Amon-Ago (Kosta tal-Avorju).

Is-Sur Dantin wieġeb.

5.   Suġġett urġenti Nru 2: Is-sitwazzjoni fiċ-Ċad

Is-Sur Manservisi (Kummissjoni Ewropea) introduċa s-suġġett.

Kelliema: Schröder, Dekuek (Sudan), Gomes, Saïd (Ġibuti), Hall, Aubert, Kaczmarek, Bounkoulou (Kongo), Toga (Etjopja), Abdullahi (Niġerja), Berend, Seck (Senegal) and Lutundula (Repubblika Demokratika tal-Kongo).

6.   Rapport mis-Sur Alma Oumarou (Niġer) u s-Sur Gay Mitchell

Is-Sur Oumarou (Niġer) u s-Sur Mitchell introduċew ir-rapport.

Kelliema: Seck (Senegal), Novak, Borrell Fontelles, Danata (Kamerun), O.Schmidt, Sithole (Możambik), Deerpalsing (Mawrizju), Aubert, Assarid (Mali), Jouye de Grandmaison, William (Seychelles) u Mporogomyi (Tanżanija).

Is-Sur Baum (Kummissjoni Ewropea) wieġeb.

Is-Sur Oumarou (Niġer) u s-Sur Mitchell ikkonkludew id-dibattitu.

7.   L-Isport għall-Iżvilupp u għall-Paċi:

Is-Sur Koss u s-Sur O'Brien introduċew is-suġġett.

Kelliema: Kgathi (Botswana), Isler Béguin, Toga (Etjopja), Martens, Lahai (Sierra Leone), Callanan, Assarid (Mali), Sturdy, William (Seychelles), Cheron (Ħaiti) u De Sousa (Angola).

Is-Sur Baum (Kummissjoni Ewropea) wieġeb għall-mistoqsijiet.

Is-Sur O'Brien u s-Sur Koss ikkonkludew id-dibattitu.

8.   Ħin għall-Mistoqsijiet lill-Kunsill

Kelliem: Is-Sur Naib (Eritrea) dwar il-Mistoqsija 21 (Artikolu 14 tar-Regoli ta' Proċedura).

(Is-seduta ntemmet fis-13.10)

Wilkie RASMUSSEN u

Glenys KINNOCK

Kopresidenti

Sir John KAPUTIN u

Dietmar NICKEL

Ko-Segretarji Ġenerali