14.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 261/10


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5264 — Invitrogen/Applied Biosystems)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 261/08)

1.

Fis-7 ta' Ottubru 2008, il-Kummissjoni rċiviet notifika dwar konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Invitrogen Corporation (“Invitrogen”, l-Istati Uniti tal-Amerika) tikseb, fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll kollu tal-impriża Applied Biosystems Inc., (“Applied Biosystems”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet tan-negozju tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Invitrogen: fornitura ta' reaġenti, serum, mezzi ta' trobbija ta' ċelluli u tessuti għar-riċerka akkademika, l-industrija tax-xjenza tal-ħajja u swieq kummerċjali,

għal Applied Biosystems: fornitura ta' sistemi bbażati fuq strumenti, oġġetti għall-konsum, software u servizzi għar-riċerka akkademika, l-industrija tax-xjenza tal-ħajja u swieq kummerċjali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija rriżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu bil-fax (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5264 — Invitrogen/Applied Biosystems, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.