|
7.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 254/10 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5283 — Sappi/M-real)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 254/07)
|
1. |
Fid-29 ta' Settembru 2008, il-Kummissjoni rċiviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont it-tifsira tal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li bih l-intrapriża Sappi Limited (“Sappi”, l-Afrika t'Isfel) tixtri skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill dwar il-kontroll tan-negozju tal-coated graphic u ċerti attivitajiet relatati man-negozju tal-uncoated graphic tal-M-real (“M-real”, il-Finlandja) bix-xiri ta' ishma u assi. |
|
2. |
L-attivitajiet ta' negozju tal-impriżi msemmija huma:
|
|
3. |
Wara l-ewwel analiżi, il-Kummissjoni tara li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (nru tal-fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5283 — Sappi/M-real, fl-indirizz li ġej:
|