2.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 250/47


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5315 — STAK Van der Sluijs Groep/Frisol Beheer/North Sea Petroleum Holding)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 250/11)

1.

Fit-23 ta' Settembru 2008, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Stichting Administratiekantoor Van der Sluijs Groep Holding (“STAK Van der Sluijs Groep”, Netherlands) u Frisol Beheer BV (“Frisol Beheer”, Netherlands) li tappartjeni għall-grupp Reggeborgh Groep (Netherlands) fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata mis-Sur D. Wessels jiksbu skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll konġunt tal-impriża North Sea Petroleum Holding BV (“North Sea Petroleum Holding”, l-Olanda) permezz ta' xiri ta' ishma f'kumpanija ġdida li tikkostitwixxi proġett konġunt.

2.

L-attivitajiet ta' negozju tal-impriżi msemmija huma:

għal STAK Van der Sluijs Groep: kummerċ fi prodotti tal-petroleum u għal użu tal-art, jiġifieri bejgħ mhux bl-imnut, trasport, tħaddim ta' mħażen u servizzi loġistiċi,

għal Frisol Beheer: kummerċ bi prodotti tal-petroleum għal vapuri u bejgħ bl-ingrossa fi swieq fuq il-post għal-prodotti tal-petroleum u derivattivi,

għal Reggeborgh Groep: flimkien mal-enerġija, prinċiparjament l-industrija tal-kostruzzjoni,

għal North Sea Petroleum Holding: Il-kombinazzjoni tal-attivitajiet ta' STAK van der Sluijs Groep u Frisol Beheer.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni avżata tista' taqa' fil-portata tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija rriżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M. 5315 — STAK Van der Sluijs Groep/Frisol Beheer/North Sea Petroleum Holding, fl-indirizz ta' hawn taħt:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.