13.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 235/14


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5253 — Sanofi-Aventis/Zentiva)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 235/10)

1.

Fil-5 ta' Settembru 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Sanofi-Aventis Europe, société par actions simplifiée (Franza), proprjetà tal-grupp Sanofi-Aventis (Franza) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll tal-impriża kollha Zentiva NV (l-Olanda) permezz ta' offerta pubblika mħabbra fil-11 ta' Lulju 2008.

2.

L-attivitajiet ta' negozju tal-impriżi msemmija huma:

għal Sanofi-Aventis: ir-riċerka, l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-bejgħ ta' prodotti farmaċewtiċi u vaċċini umani,

għal Zentiva: l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-bejgħ ta' prodotti farmaċewtiċi ġeneriċi tad-ditta.

3.

Wara l-ewwel evalwazzjoni, il-Kummissjoni tara li t-tranżazzjoni nnotifikata tista' tidħol fil-qasam tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

L-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5253 — Sanofi-Aventis/Zentiva, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.