13.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 235/13


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5301 — Capgemini/BAS)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 235/09)

1.

Fit-8 ta' Settembru 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Cap Gemini SA, (“Capgemini”, Franza) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll sħiħ tal-impriża Getronics PinkRoccade Business Application Services BV (“BAS”, l-Olanda) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet tan-negozju tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Capgemini: kumpanija ta' servizzi globali attiva fis-servizzi ta' tagħrif u konsulenza permezz ta' diversi kumpaniji,

għal BAS: forniment ta' soluzzjonijiet tal-ġestjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tal-applikazzjonijiet, inklużi servizzi ta' migrazzjoni kontrollata, ta' ġestjoni, ittestjar, żvilupp u integrazzjoni ta' proġetti ta' implimentazzjoni tal-applikazzjonijiet, ġestjoni ta' proġetti u konsulenza.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija rriżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5301 — Capgemini/BAS, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.