12.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 234/15


Emenda għall-avviż ta' reklutaġġ PE/108/S

(Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea C 145 A tal-11 ta' Ġunju 2008)

(2008/C 234/09)

Il-Parlament Ewropew ippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-11 ta' Ġunju 2008 l-avviż ta' reklutaġġ PE/108/S għall-post ta' Direttur (AD, grad 14) fi ħdan id-Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni, Direttorat A — Appoġġ u servizzi teknoloġiċi għat-traduzzjoni, fuq il-bażi tal-Artikolu 29, paragrafu 2, tar-Regolamenti għall-Istaff tal-Komunitajiet Ewropej, bi skadenza fit-26 ta' Ġunju 2008 għall-preżentazzjoni ta' kandidaturi.

Sabiex iżżid l-għażla tagħha, l-awtorità li għandha s-setgħa tan-nomina ddeċidiet li terġa tiftaħ it-terminu għall-preżentazzjoni ta' kandidaturi. Id-data ta' skadenza l-ġdida se tkun is-26 ta' Settembru 2008.

Il-ftuħ mill-ġdid tat-terminu għall-preżentazzjoni ta' kandidaturi ma jaffettwa bl-ebda mod is-sitwazzjoni tal-kandidati diġà rreġistrati.

Minbarra l-modifika indikata hawn fuq, l-avviż ta' reklutaġġ li ħareġ inizjalment, jibqa' l-istess. B'mod partikulari, il-kriterji ta' ammissjoni jibqgħu l-istess li diġà ssemmew f'dan l-avviż: il-persuni kollha li japprofittaw mill-ftuħ mill-ġdid tat-terminu ta' applikazzjonijiet iridu jkunu ċerti li kienu jissodisfaw il-kriterji tal-ammissjoni sad-data tal-għeluq imsemmija fl-avviż ta' reklutaġġ inizjali (jiġifieri s-26 ta' Ġunju 2008).

IMPORTANTI: il-persuni li l-kandidatura tagħhom kienet diġà rreġistrata fid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż ma jistgħux jerġgħu jippreżentaw ruħhom għat-tieni darba.