5.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 228/4


Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba biex jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni

(2008/C 228/06)

Image

Il-muniti euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Il-Kummissjoni tippubblika l-karatteristiċi tad-disinji tal-muniti tal-euro ġodda kollha bil-ħsieb li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha konċernati li jgħaddu l-muniti minn taħt idejhom (1). Skond il-konklużjonijiet li l-Kunsill adotta dwar dan is-suġġett fit-8 ta' Diċembru 2003 (2), l-Istati Membri u l-pajjiżi li kkonkludew Ftehim Monetarju mal-Komunità li jipprovdi għall-ħruġ tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma awtorizzati li joħorġu ċerti kwantitajiet ta' muniti kommemorattivi tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni bil-kundizzjoni li kull pajjiż ma joħroġx aktar minn munita kommemorattiva ġdida kull sena, u li tintuża biss id-denominazzjoni taż-2 euro. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi tal-muniti tal-euro normali, imma għandhom disinn kommemorattiv rappreżentat fuq il-wiċċ nazzjonali tagħhom.

Pajjiż tal-ħruġ: L-Istat tal-Belt tal-Vatikan

Suġġett tal-kommemorazzjoni: 2008, is-sena ddedikata lil San Pawl

Deskrizzjoni tad-disinn: Il-parti interna tal-munita tirrappreżenta l-konverżjoni ta' San Pawl: li ġrat f'Damasku, rappreżentata fl-isfond, b'San Pawl jagħma b'dawl li ġej mis-sema u jaqa' miż-żiemel li kien fuqu. Żewġ skrizzjonijiet mad-dawra taċ-ċirku jdawru d-disinn: fuq ix-xellug il-pajjiż tal-ħruġ “CITTÀ DEL VATICANO” u fuq il-lemin tal-kitba: “ANNO SANCTO PAULO DICATO”. Id-data “2008” tinsab fuq il-lemin, kif ukoll il-marka monetarja “R” u l-isem tal-artist “VEROI”; fil-qiegħ nett, il-firma tal-inċiżur Luciana De Simoni “L.D.S. INC.”.

Fuq il-parti esterna tal-munita jidhru t-tnax-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Il-volum tal-ħruġ: 100 000 munita

Data ta' ħruġ: Ottubru 2008

Tinqix mad-dawra ta' barra: 2 ★, ripetuti għal sitt darbiet, alternattivament rashom 'il fuq u rashom 'l isfel.


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 dwar l-uċuħ nazzjonali kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali tat-8 ta' Diċembru 2003 dwar il-bidliet tad-disinn tal-uċuħ nazzjonali tal-muniti tal-euro. Ara wkoll ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Settembru 2003 dwar il-prattika komuni għat-tibdil fid-disinn tal-uċuħ nazzjonali tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 264, 15.10.2003, p. 38).