30.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 222/18


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5266 — Bertelsmann/3i/Buy Vip)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 222/11)

1.

Fl-20 ta' Awwissu 2008 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1)li biha l-impriżi Bertelsmann AG (“Bertelsmann”, il-Ġermanja), 3i Group plc(“3 i”, ir-Renju Unit), Mr. Gustavo García Brusilovsky (“GGB”, Spanja) u Mr. Gerald Heydenreich (“GH”, il-Latvja) jakkwistaw, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt tal-impriża Buy Vip S.L. (“But Vip”, ta' Spanja), permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet ta' negozju tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Bertelsmann: kumpanija internazzjonali tal-midja attiva fi programmi għat-TV, pubblikazzjoni ta' kotba, rivisti u mużika, servizzi ta' komunikazzjoni u klabbs tal-kotba u tal-midja,

għal 3i: ditta ta' ekwità internazzjonali privata u kumpanija ta' kapitali ta' riskju li tipprovdi pariri ta' ġestjoni u immaniġġjar ta' fondi ta' investiment,

għal GGB: servizzi ta' konsulenza għan-negozji,

għal GH: servizzi ta' konsulenza għan-negozji,

għal Buy Vip: kummerċ elettroniku (bejgħ online ta' prodotti ta' konsum fil-Ġermanja, l-Italja u Spanja).

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni avżata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija rriżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5266 — Bertelsmann/3i/Buy Vip, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Ir-Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.