23.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 216/27


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5308 — Teck Cominco/Fording Canadian Coal Trust)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 216/13)

1.

Fl-14 ta' Awwissu 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża Teck Cominco Limited (“Teck”, il-Kanada) takkwista fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll sħiħ tal-impriża Fording Canadian Coal Trust (“Fording”, il-Kanada) permezz ta' tax-xiri ta' assi, li jikkonsistu prinċipalment fi dritt tal-awtur li jikkonċerna l-interess ta' Fording fl-Elk Valley Coal Partnership (“EVCP”).

2.

L-attivitajiet ta' negozju tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Teck: it-tħaffir fil-minjieri, it-tidwib u r-raffinar taż-żingu,, il-produzzjoni ta' metalli u prodotti sekondarji oħrajn permezz tal-attivitajiet tal-minjieri tagħha,

għal Fording: fond fiduċjarju stabbilit b'rabta mal-ħolqien ta' EVCP,

għal EVCP: il-produzzjoni ta' faħam kokk mill-minjieri tagħha fil-Kanada.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni avżata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija rriżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5308 — Teck Cominco/Fording Canadian Coal Trust, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.