|
22.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 214/14 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5293 — Santander/Alliance & Leicester)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 214/07)
|
1. |
Fit-8 ta' Awwissu 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża Banco Santander, SA (“Banco Santander”, Spanja) takkwista fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll sħiħ tal-impriża Alliance & Leicester plc (“Alliance & Leicester”, ir-Renju Unit) permezz ta' skema ta' arrangament u ta' skambju ta' ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet ta' negozju tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni avżata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija rriżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5293 — Santander/Alliance & Leicester, fl-indirizz li ġej:
|