14.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 207/14 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5272 — Sony/Sony BMG)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 207/10)
1. |
Fit-8 ta' Awwissu 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika għal konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-Korporazzjoni Sony tal-Istati Uniti (“Sony”, il-Ġappun) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll totali ta' Sony BMG Music Entertainment (“Sony BMG,”, l-Istati Uniti), permezz tal-akkwist ta' Bertelsmann AG b'50 % interess azzjonarju f'Sony BMG. |
2. |
L-attivitajiet ta' negozju tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni avżata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5272 — Sony/Sony BMG, fl-indirizz li ġej:
|