12.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 205/17


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5180 — Manitowoc/Enodis)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 205/07)

1.

Fil-31 ta' Lulju 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-Kumpanija The Manitowoc, Inc. (“Manitowoc”, l-Istati Uniti) takkwista, fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, kontroll sħiħ ta' Enodis plc (“Enodis”, ir-Renju Unit) permezz ta' offerta pubblika mħabbra fl-14 ta' April 2008.

2.

L-attivitajiet ta' negozju tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Manitowoc: tagħmir tas-servizzi tal-ikel “iffukat fuq il-kesħa” inklużi magni li jagħmu l-blokki tas-silġ, magni tad-distribuzzjoni tas-silġ/xorb, u tagħmir ta' refriġirazzjoni kummerċjali; tagħmir tal-irfigħ għall-industrija tal-kostruzzjoni, servizzi ta' bini tal-bastimenti, ta' tiswija u ta' konverżjoni,

għal Enodis: tagħmir tas-servizzi tal-ikel u tagħmir għall-bejgħ tal-ikel inkluż tagħmir li jsaħħan u jkessaħ, magni ta' distribuzzjoni tax-xorb u magni tal-ħasil tal-oġġetti.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni avżata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5180 — Manitowoc/Enodis, f'dan l-indirizz:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.