26.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 189/13


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5229 — OMV/Lehman/Met/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 189/07)

1.

Fil-15 ta' Lulju 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi OMV Power International GmbH (“OPI”, l-Awstrija), ) ikkontrollata minn OMV AG, Austria, Lehman ALI Inc. (“Lehman”, l-Istati Uniti) li tappartjeni għal Lehman Brothers Group, u Met Group (“Met Group”, it-Turkija) kkontrollata minn Dr. Celal Metin jakkwistaw, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta' Borasco Elektrik Üretim Sanayi ve Ticaret A.S. (“Borasco Elektrik”, it-Turkija) permezz tax-xiri ta' ishma f'kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal OPI: l-iżvilupp ta' proġetti ta' impjanti ta' l-elettriku għall-gass u l-enerġija li tiġġedded,

għal Lehman: servizzi finanzjarji,

għal Met Group: servizzi ta' konsulenza ffukati fuq is-setturi ta' l-enerġija, it-telekomunikazzjoni u l-konsumatur,

għal Borasco Elektrik: żvilupp u tħaddim ta' impjant ta' l-elettriku tal-gass fit-Turkija.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata.. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru.(32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5229 — OMV/Lehman/Met/JV fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.