9.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 174/34 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5204 — Vion/Grampian)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 174/06)
1. |
Fil-25 ta' Ġunju 2008, il-Kummissjoni rċiviet notifika dwar konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża VION N.V. (“VION”, l-Olanda) li tappartjeni għall-VION Food Group tikseb, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll fuq is-sussidjarji operattivi kollha ta' Grampian Country Food Group (Holdings) Limited (“Grampian”, ir-Renju Unit) permezz tax-xiri ta' ishma. |
2. |
L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew inkella bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5204 — Vion/Grampian, f'dan l-indirizz:
|