5.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 170/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.4898 — Compagnie de Saint-Gobain/Maxit)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 170/03)

Fl-4 ta' Marzu 2008, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1) flimkien ma' l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli bl-Ingliż biss u jsir pubbliku wara li jitneħħew minnu kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Dan jinstab:

fil-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/ ). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jiġu speċifikati d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument li jġib in-numru 32008M4898. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).