4.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 169/14


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5238 — Ineos/BASF Assets)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 169/06)

1.

Fil-25 ta' Ġunju 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża Ineos Group Limited (“Ineos”, ir-Renju Unit), takkwista skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll ta' impjant ta' l-impriża BASF plc, ikkontrollata minn BASF SE (“BASF assets”, ir-Renju Unit) permezz ta' xiri ta' assi.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Ineos: il-produzzjoni globali ta' speċjalitajiet kimiċi u prodotti intermedji,

għal BASF: kumpanija li tipproduċi l-kimiċi b'portafoll ta' prodotti li jvarjaw minn kimiċi, plastiks, prodotti agrikoli u kimiċi fini sa żejt mhux raffinat u gass naturali,

għal BASF assets: impjant li jipproduċi l-ACN.

3.

Fuq analiżi preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5238 — Ineos/BASF Assets, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru għall-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.