1.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 166/22


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5150 — UPM RUS/BRIST/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 166/08)

1.

Fl-20 ta' Ġunju 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi B.R.I.S.T. Limited (“BRIST”, Malta) u UPM-Kymmene RUS Holdings Oy (“UPM RUS”, il-Finlandja), kumpanija sussidjarja ta' UPMKymmene Corporation (“UPM”, il-Finlandja), jakkwistaw skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tal-Kunsill il-kontroll konġunt tan-negozju konġunt (“JV”, l-Olanda) permezz tax-xiri ta' ishma f'kumpanija ġdida li twaqqfet li tikkoostitwixxi negozju konġunt

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal BRIST: hija kumpanija li fl-aħħar mill-aħħar hi kkontrollata mis-Sur Mordashov, imprenditur Russu li jikkontrolla numru ta' negozji fis-settur ta' l-azzar u tal-minjieri, fil-banek, l-assigurazzjoni, ix-xogħol fl-injam u s-soluzzjonijiet għall-produzzjoni effettiva ta' l-enerġija,

għal UPM: prodotti globali tal-foresta bin-negozju ċentrali fl-istampar tal-karti, karti speċjalizzzati, materjali għat-tikketti u prodotti ta' l-injam,

għal JV: Din ser tipproduċi injam issegat, OSB u polpa fir-reġjun ra' Vologda fir-Russja, mill-2010-2012.

3.

Fuq analiżi preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5150 — UPM RUS/BRIST/JV, f'dan l-indirizz:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ghall-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.