|
1.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 166/19 |
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5184 — Arcapita/Freightliner)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 166/05)
|
1. |
Fit-18 ta' Ġunju 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Arcapita Bank B.S.C. (“Arcapita”, il-Baħrejn) takkwista, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, kontroll sħiħ ta' Freightliner Group Limited (“Freightliner”, ir-Renju Unit) permezz tax- xiri ta' ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni sabet li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5184 — Arcapita/Freightliner fl-indirizz li ġej:
|