25.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 161/3


Notifika mir-Rumanija dwar ir-reċiproċità tal-viża (1)

(2008/C 161/04)

Brussell, 9 ta' Mejju 2008

Nru 4185

Ir-Rappreżentanza Permanenti tar-Rumanija għall-Unjoni Ewropea tippreżenta l-kumplimenti tagħha lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u, b'segwitu għan-Nota Verbali Nru 1629 tal-21 ta' Frar 2007 tar-Rappreżentanza Permanenti u abbażi ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 851 tat-2 ta' Ġunju 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 fir-rigward tal-mekkaniżmu ta' reċiproċità, għandha l-unur tikkomunika li, mid-19 ta' Marzu 2008, ir-Repubblika tas-Singapor iddeċidiet li testendi t-tul ta' soġġorn mingħajr viża għaċ-ċittadini Rumeni li jivvjaġġaw lejn dak l-Istat minn 30 sa 90 jum. Meta jaslu fir-Repubblika tas-Singapor, iċ-ċittadini Rumeni ser ikunu permessi jidħlu fit-territorju ta' dak l-Istat mingħajr viża għal perijodu ta' 30 jum, li sussegwentement jista' jiġi estiż sa 90 jum mill-awtoritajiet ta' l-immigrazzjoni tar-Repubblika tas-Singapor.

Notifika simili ntbagħtet lill-Kummissjoni Ewropea.

Ir-Rappreżentanza Permanenti tar-Rumanija tieħu din l-opportunità sabiex għal darb'oħra tassigura lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea bl-ogħla konsiderazzjoni tagħha.


(1)  Din in-notifika hija ppubblikata b'konformità ma' l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 851/2005 tat-2 ta' Ġunju 2005 (ĠU L 141, 4.6.2005, p. 3) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 (ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1).